Mogħdija tan-navigazzjoni

Tiġdid tal-fiduċja, tisħiħ tat-tkabbir ekonomiku u tal-impjiegi - 01/02/2012

Il-mexxejja tal-UE madwar mejda waqt il-laqgħa informali tal-Kunsill Ewropew © EU

Il-mexxejja tal-UE qablu dwar azzjoni urġenti biex jitnaqqas il-qgħad fost iż-żgħażagħ, jingħata appoġġ lin-negozji żgħar u jsir użu mis-suq tal-UE, u ffissaw data biex jiffirmaw trattat ġdid dwar il-koordinazzjoni għall-politika ekonomika.

Il-mexxejja tal-UE qablu bejniethom dwar il-ħtieġa ta' azzjoni urġenti u prijoritarja kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak nazzjonali biex jissaħħu t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi (b'enfasi speċjali fuq l-isforzi sabiex jitnaqqas il-qgħad fost iż-żgħażagħ, jitfannad is-suq uniku u jiġu megħjunin in-negozji żgħar).

Huma qablu dwar it-"Trattat ta' Stabbiltà, Koordinazzjoni u Governanza fl-UME" li jirrinforza l-istabbiltà u li aktar minn hekk hu biċċa mit-taħbila li tippermetti li aspetti oħrajn ta' rispons sħiħ għal kriżi tad-dejn sovran isibu posthom.

Il-mexxejja tal-UE laħqu wkoll ftehim dwar it-Trattat Ewropew tal-Mekkaniżmu ta' Stabbiltà – fond permanenti biex jiġu megħjunin pajjiżi vulnerabbli taż-żona tal-ewro.

Tnaqqis fil-qgħad fost iż-żgħażagħ

Kull pajjiż tal-UE jaqbel li jipprepara pjan nazzjonali għall-impjiegi. Dan jinkludi miżuri bħall-ixxiftjar ta' taxxi lil hinn mix-xogħol u t-tnaqqis tas-segmentazzjoni fis-suq tax-xogħol li jista' jtejjeb l-opportunitajiet tax-xogħol għaż-żgħażagħ u għal dawk ta' bla sengħa.

Se jiġu ffurmati timijiet ta' azzjoni bejn tmien pajjiżi tal-UE (Spanja, il-Greċja, l-Italja, il-Portugall, is-Slovakja, il-Litwanja, il-Latvja, l-Irlanda) li għandhom qgħad fost iż-żgħażagħ li jaqbeż il-medja.

Tlestija tas-suq uniku

Is-suq uniku hu mutur ewlieni għat-tkabbir ekonomiku. Il-Kummissjoni tal-UE sejħet biex jitlesta s-suq uniku diġitali sal-2015. Il-mexxejja tal-UE qablu biex jitħaffu l-proposti eżistenti, u appellaw lil Franza, lill-Ġermanja u lir-Renju Unit biex isolvu d-differenzi tagħhom dwar il-brevett tal-UE.

Għajnuna għan-negozji żgħar

Il-mexxejja tal-UE qablu li tittieħed azzjoni prijoritarja biex jiġu megħjunin 23 miljun negozju żgħir Ewropew billi jiżdied l-aċċess għal kreditu u l-finazjament tan-negozji, jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u jittejjeb l-aċċess għal kapital ta' riskju.

Jaqblu wkoll li jistudjaw kif €82 biljun f'fondi strutturali u soċjali li għadhom ma ntużawx jistgħux jingħataw rotta ġdida għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi.

Trattat internazzjonali ġdid

Trattat internazzjonali ġdid (li l-pajjiżi tal-UE għajr ir-Renju Unit u r-Repubblika Ċeka se jiffirmaw f'Marzu) sar ftehim dwaru biex tissaħħaħ il-koordinazzjoni ekonomika fiż-żona tal-ewro. Titjib importanti jinkludi r-rekwiżiti tal-proċess tal-vot biex tinbeda "proċedura ta' defiċit eċċessiv" u l-impenn li tiġi formalizzata "regola ta' baġit ibbilanċjat" fil-livell nazzjonali.

Ftehim dwar fond permanenti

Il-pajjiżi taż-żona tal-ewro kkonkludew ukoll ħidma dwar trattat separat biex jinħoloq fond permanenti għas-serħan finanzjarju għall-UE. Il-fond għandu jibda jopera f'Lulju 2012.

Aktar dwar il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-30 ta' Jannar. English

Ir-rispons tal-Kummissjoni għad-deċiżjonijiet tal-Kunsill Ewropew DeutschEnglishfrançaisportuguês

Il-preżentazzjoni dwar it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi tal-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso DeutschEnglishfrançaisportuguês

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli