Mogħdija tan-navigazzjoni

Għejn fit-tħejjija tal-liġi tal-UE - mill-1 ta' April 2012 - 27/01/2012

Logo bil-kliem "L-Inizjattiva Ewropea taċ-Ċittadini" © UE

Dalwaqt se tkun tista' titlob lill-Kummissjoni biex tagħmel proposti leġiżlattivi dwar il-politika tal-UE. Sit web ġdid li għandu l-informazzjoni kollha dwar kif tniedi "inizjattiva taċ-ċittadin".

L-inizjattiva taċ-ċittadini tal-UE tagħtik vuċi aktar diretta fil-politiki tal-unjoni - tippermetti liċ-ċittadini li jaħsbuha bl-istess mod li jistaqsu lill-Kummissjoni tipproponi liġijiet ġodda dwar kwistjonijiet speċifiċi.

Il-Kummissjoni, li sehemha huwa li tabbozza l-proposti leġiżlattivi tal-UE, għandha l-obbligu formali li tikkonsidra kwalunkwe rikjesta li tissodisfa r-rekwiżiti.

Ir-regoli u l-proċeduri jinstabu fuq is-sit web ġdid dwar l-inizjattiva Ewropea taċ-Ċittadini – fejn tista' wkoll tirreġistra u tniedi l-inizjattiva tiegħek.

Inizjattiva taċ-ċittadini tista' tkun relatata ma' kwalunkwe qasam fejn il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tipproponi liġi, pereżempju l-ambjent, l-agrikoltura, it-trasport jew is-saħħa pubblika.

Kif tniedi inizjattiva

Kumitat organizzattiv magħmul minn tal-inqas 7 ċittadini li jgħixu f'tal-inqas 7 pajjiżi differenti tal-UE jistgħu jniedu inizjattiva.

Iridu jistaqsu biex l-inizjattiva tagħhom tkun irreġistrata fuq is-sit web il-ġdid qabel ma jiġbru d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ mingħand ċittadini oħra.

Il-Kummissjoni għandha xagħrejn biex tikkonsidra jekk l-inizjattiva proposta ssegwix ir-regoli - pereżempju, ma tistax tkun "manifestament kontrarja" l-valuri tal-UE.

Jekk ir-reġistrazzjoni tiġi kkonfermata, l-organizzaturi għandhom sena biex jiġbru miljun firma minn tal-inqas 7 pajjiżi tal-UE, inkluż għadd minimu minn kull pajjiż.

L-organizzaturi jistgħu jiġbru dikjarazzjonijiet ta' appoġġ kemm fuq karta u kemm elettronikament. Is-sistema onlajn tagħhom trid tkun iċċertifikata. Il-Kummissjoni ħolqot softwer bla ħlas li jgħin lill-organizzaturi jiġbru d-dikjarazzjonijiet permezz tal-Internet.

Meta jinġabru, id-dikjarazzjonijiet iridu jkunu ċċertifikati mill-pajjiżi minn fejn inġabru u mbagħad jintbagħtu lill-Kummissjoni.

Il-passi li jmiss

Il-Kummissjoni mbagħad ikollha 3 xhur biex teżamina l-inizjattiva. Tista' tiddeċiedi li tipproponi leġiżlazzjoni ġdida, tniedi studju jew ma tagħmel xejn - u trid tispjega d-deċiżjoni tagħha pubblikament.

Il-proposti leġiżlattivi kollha jintbagħtu lill-gvernijiet tal-UE (bħala l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea) u, fil-biċċa l-kbira tal-każi, lill-Parlament Ewropew.

Jekk il-proposta tiġi adottata, issir liġi tal-UE.

Gwida għall-inizjattiva taċ-ċittadini English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli