Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-President tal-Kummissjoni Ewropew José Manuel Barroso fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu © EU

Qbil bejn il-parti l-kbira tal-gvernijiet tal-UE dwar aktar integrazzjoni ekonomika għandu jkun id f'id ma' azzjonijiet biex ikun restitwit it-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi, qal Barroso.

Hu u jitħaddet fil-Parlament Ewropew dwar id-deċiżjonijiet li ttieħdu fit-8-9 ta' Diċembru DeutschEnglishfrançaisportuguês mill-mexxejja tal-UE, il-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso qal li d-deċiżjoni minn 26 gvern fost 27 dwar it-trattat intergovernattiv ġdid li jistabbilixxi regoli baġitarji aktar stretti wriet ir-rieda tagħhom li jimxu 'l quddiem b'aktar integrazzjoni Ewropea.

It-trattat se jkun jeħtieġ li l-gvernijiet iżommu l-baġits ġenerali tagħhom ibbilanċjati jew b'bilanċ favorevoli. Dawk li jaqbżu d-defiċit bi 0.5% tal-PGD se jkollhom jerġgħu jibbilanċjaw il-baġits tagħhom taħt is-sorveljanza tal-Kummissjoni u ta' pajjiżi oħrajn tal-UE.

Il-Gvernijiet mistennijin jiffirmaw it-trattat f'Marzu 2012. Dan qed ikun meqjus bħala parti mit-tweġiba tal-UE għall-kriżi finanzjarja – u l-kriżi tad-dejn taż-żona tal-ewro.

Din it-tweġiba tinkludi:

  • 6 miżuri English biex tittejjeb is-sorveljanza baġitarja u tingħata għajnuna fil-kontroll tad-dejn pubbliku – fis-seħħ mit-13 ta' Diċembru 2011
  • stħarriġ dwar it-tkabbir ekonomiku 2012 DeutschEnglishfrançais – rakkomandazzjonijiet dwar it-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi u l-finanzi pubbliċi biex jinbeda ċ-ċiklu annwali ta' 6 xhur li matulhom il-gvernijiet jieħdu l-informazzjoni tal-pari tal-UE huma u jifformulaw il-politiki baġitarji u ekonomiċi tagħhom
  • jippreżentaw il-ħolqien tal-fond ta' assistenza permanenti tal-UE f'Lulju 2012 (il-fond temporanju attwali għandu jkompli sa nofs l-2013).

Il-mexxejja tal-UE dalwaqt se jiddeċiedu jekk l-IMF għandux jingħata €200 biljun aktar biex jgħin lill-pajjiżi taż-żona tal-ewro milqutin mid-dejn.

F'Marzu 2012 huma għandhom jiddiskutu l-modi biex tiżdied il-koordinazzjoni baġitarja u jeżaminaw proposta biex jippermettu liż-żona tal-ewro li toħroġ bonds b'mod kollettiv.

Tkabbir ekonomiku u impjiegi

Il-President Barroso għamel ukoll sejħa biex ikun hemm azzjoni rapida dwar miżuri addizzjonali biex tkun stabbilizzata l-ekonomija u jinħolqu l-impjiegi, inklużi:

  • l-adozzjoni tas-suġġerimenti dwar l-istabbiltà u tkabbir ekonomiku DeutschEnglishfrançais tal-Kummissjoni
  • l-implimentazzjoni ta' miżuri eżistenti biex tinżel akar fil-fond l-integrazzjoni ekonomika tal-UE (dwar is-servizzi, l-enerġija, l-innovazzjoni, l-Internet, u l-ftehimiet dwar il-kummerċ ħieles)
  • l-adozzjoni ta' proposti dwar in-negozji ż-żgħar, regolament aħjar, riforma tat-taxxa u sigurtà tal-enerġija.

Aktar dwar id-diskors tal-President Barroso lill-Parlament – 13 ta' Diċembru. DeutschEnglishfrançaisportuguês

Aktar dwar il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-8-9 ta' Diċembru. DeutschEnglishfrançaisportuguês

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli