Mogħdija tan-navigazzjoni

Passi deċiżivi lejn aktar dixxiplina, integrazzjoni u konverġenza - 12/12/2011

Ritratt tal-mexxejja tal-UE waqt il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew fit-8 u d-9 ta' Diċembru 2011 © EU

Trattat intergovernattiv ġdid għandu jagħti regoli baġitarji aktar sodi u jsaħħaħ il-koordinament ekonomiku bħala mezz biex tissolva l-kriżi tad-dejn u biex jerġa' jintrebaħ sens ta' fiduċja fis-suq.

Fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-8-9 ta' Diċembru, 26 mis-27 Stat Membru ddeċidew dwar rispons qawwi għall-kriżi immedjata u t-tnedija ta' proċess li jwassal għal trattat intergovernattiv għal aktar dixxiplina, integrazzjoni u konverġenza. It-trattat il-ġdid għandu jiżgura r-rispett lejn regoli tal-UE aktar sodi dwar id-dejn u d-defiċits.

Il-mexxejja tal-UE qablu wkoll li jħaffu l-miżuri li diġà ġew ippreżentati għal aktar dixxiplina u stabbiltà u oħrajn li jgħollu l-impjiegi u l-iżvilupp.

Il-punti ewlenin

  • Dwar id-dejn u d-defiċit, id-deċiżjonijiet li ttieħdu jkomplu jsaħħu l-qafas li diġà kien imsaħħaħ ġmielu għad-dixxiplina baġitarja u l-koordinazzjoni tal-politika ekonomika fiż-żona ewro, l-aktar il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir imsaħħaħ u qafas ġdid ta' sorveljanza makroekonomika fis-seħħ mit-13 ta' Diċembru. Il-Kunsill Ewropew talab ukoll lill-Kunsill u l-Parlament biex iħaffu l-ftehim dwar ir-Regolamenti taż-żewġ Artikoli 136 li pproponiet il-Kummissjoni f'Novembru, li se jkomplu jtejbu s-sorveljanza fiskali ex ante u s-solidarjetà u l-kredibbiltà tal-proċess baġitarju fiż-żona ewro - sabiex jidħlu fis-seħħ qabel iċ-ċiklu baġitarju tal-2012. Fuq kollox, il-pajjiżi parteċipanti, 26 b'kollox, se jiffirmaw trattat intergovernattiv fejn se jinkludu l-impenji tagħhom li:
    • jappoġġaw ir-rakkomandazzjonijiet li tagħmel il-Kummissjoni fil-qafas tal-Proċedura tad-defiċit Eċċessiv, li jwassal għal awtomatiċità akbar;
    • jadottaw tmexxija baġitarja ekwilibrata fil-livell kostituzzjonali jew ekwivalenti, u jirrikonoxxu l-ġuriżdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja biex jivverifikaw it-traspożizzjoni tagħha;

Dwar l-istabbiltà finanzjarja taż-żona ewro,il-Kunsill Ewropew bagħat sinjal ċar lill-investituri dwar l-impenn tagħhom li jiddefendu l-ewro.

Qablu dwar dan li ġej:

  • il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (ESM) għandu jidħol fis-seħħ f'Lulju 2012 minflok f'Lulju 2013
  • l-involviment tas-settur privat fil-programm għat-tnaqqis tad-dejn Grieg se jibqa' każ uniku ta' darba biss u l-klawżola tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà dwar l-involviment tas-settur privat se tinżamm fil-preambolu u tkun kompatibbli mal-prinċipji u l-prattiċi tal-Fond Monetarju Internazzjonali
  • id-deċiżjonijiet urġenti fil-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà jistgħu jittieħdu b'maġġorità kwalifikata.
  • f'Marzu 2012, se tiġi eżaminata mill-ġdid is-somma ta' €500bn li tirrappreżenta l-limitu kombinat għall-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja u l-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà
  • iż-żona tal-ewro u Stati Membri oħra għandhom jikkonfermaw fi żmien għaxart ijiem li jistgħu jipprovdu sa €200bn f'riżorzi addizjonali għall-Fond Monetarju Internazzjonali, permezz ta' self bilaterali, biex jiżguraw li din għandha riżorsi xierqa biex tkampa fil-kriżi

Enfasi fuq l-iżvilupp u l-impjiegi

Il-gvernijiet kollha (27 b'kollox) tal-UE qablu li jħaffu l-iżvilupp ta' prijorità u l-miżuri tal-impjegi. Dawn jinkludu t-tlestija tal-integrazzjoni tas-swieq tal-enerġija tal-UE, l-iżvilupp ta' infrastruttura aktar konnessa, u l-kisba ta' effiċjenza aħjar tal-enerġija.

Aktar tkabbir tal-UE

Il-Kroazja ffirmat it-trattat tal-adeżjoni mal-UE fid-9 ta' Diċembru u dalwaqt se jkollha referendum dwar jekk il-pajjiż għandux isir parti mill-UE fl-1 ta' Lulju 2013.

Aktar dwar il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-8-9 ta' Diċembru. Englishfrançaisportuguês

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli