Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-mexxejja tal-UE se jiffukaw fuq kif jistgħu jerġgħu jqajmu l-ekonomija fuq saqajha - 07/12/2011

Il-bini Justus Lipsius, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-UE għas-samits fi Brussell, il-Belġju. © EU

Governanza ekonomika iktar soda fiż-żona tal-ewro hu s-suġġett li se jiddiskutu l-mexxejja fit-8-9 ta' Diċembru fi Brussell - flimkien mal-enerġija u l-prospett ta' pajjiżi ġodda li se jingħaqdu fl-UE.

Il-mexxejja tal-UE se jeżaminaw is-sitwazzjoni ekonomika ġenerali fl-Ewropa u miżuri li jistimolaw it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi.

Se jqisu proposti biex jissorveljaw l-abbozzi tal-baġits u jnaqqsu d-defiċits English għall-pajjiżi kollha taż-żona tal-ewro - b'sorveljanza ekonomika u baġitarja iktar stretta English għall-pajjiżi li qed jiffaċċaw instabbiltà finanzjarja serja jew li jeħtieġu jiġu salvati mill-gvernijiet (bail-out).

Bidla fit-Trattat

Il-mexxejja se jeżaminaw ukoll il-benefiċċji potenzjali ta' bonds konġunti taż-żona tal-ewro, pereżempju jekk dawn jgħinux biex jonqsu u jistabbilizzaw ir-rati tal-interessi li l-pajjiżi jkollhom iħallsu biex jissellfu l-flus.

Il-Kummissjoni ressqet 3 għażliet għall-hekk imsejħa bonds ta' stabbiltà English , b'analiżi tal-impatti finanzjarji u legali. X'aktarx se tkun meħtieġa emenda fit-Trattat ta' Lisbona – li jirregola l-funzjonament tal-Unjoni.

Pjan għall-enerġija

Enerġija sikura, sostenibbli u li kulħadd jista' jħallas hi punt importanti fl-aġenda ta' dan il-Kunsill Ewropew.

Il-mexxejja se jqisu miżuri għall-iffrankar u l-effiċjenza tal-enerġija English li jistgħu jwasslu għal rekwiżiti li jorbtu legalment lill-pajjiżi tal-UE biex itejbu l-effiċjenza tal-enerġija fl-istadji kollha – fil-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-konsum finali.

Dan għandu jipprovdi benefiċċji finanzjarji, ekonomiċi u għall-impjiegi – u għandu jgħin ukoll lill-konsumaturi jnaqqsu l-kont tad-dawl tagħhom.

Il-mexxejja tal-UE sejħu wkoll għal suq uniku tal-enerġija sal-2014, biex l-enerġija tkun tista' tinxtara u tinbiegħ b'mod iktar liberu bejn il-fruntieri nazzjonali. Suq miftuħ b'infrastruttura intelliġenti u integrata jkun iktar kompetittiv.

Membri ġodda tal-UE

Fuq il-mejda hemm ukoll il-possibbiltà li jiġu aċċettati pajjiżi ġodda fl-UE, li hu aspett pożittiv għall-interess strateġiku, is-sigurtà u l-prosperità tal-UE. Il-Kummissjoni rrakkomandat il-ftuħ tan-negozjati mal-Montenegro. Ipproponiet ukoll l-għoti ta' status ta' kandidat tal-UE – l-ewwel pass fil-proċess – lis-Serbja.

Sadattant, il-Kroazja tinsab fl-aħħar stadju biex issir it-28 membru tal-UE: L-UE kkonkludiet in-negozjati f'Ġunju, li jħejju t-triq għall-iffirmar tat-trattat ta' adeżjoni fid-9 ta' Diċembru.

Il-Kroazja dalwaqt se torganizza referendum biex tiddeċiedi jekk il-pajjiż hux se jingħaqad mal-UE fl-1 ta' Lulju 2013.

Il-proċess tat-tkabbir – stimolu pożittiv għall-Ewropa

Aġenda – il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew 8-9 ta' Diċ.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli