Mogħdija tan-navigazzjoni

Avvanz fil-ġlieda kontra l-frodi fil-baġit tal-UE - 03/10/2011

Pie chart 3D maqsuma f'ħames biċċiet fuq tliet folji ta' karta tal-graffs © Stock/123render

Monitoraġġ aħjar qed jiskopri aktar każijiet ta' użu ħażin tal-finanzjament, saħansitra frodi. Dan ifisser li aktar flus qed jiġu rkuprati għall-programmi maħsuba għaċ-ċittadini.

Il-gvernijiet tal-UE u l-Kummissjoni jaqsmu r-responsabbiltà tal-protezzjoni tal-flus tat-taxxi milli jiġu użati ħażin. Dan jagħmluh billi jaqsmu l-informazzjoni, jirkupraw il-fondi u jieħdu passi kontra dawk li jwettqu l-frodi.

Din is-sorveljanza tal-baġit tal-UE dejjem qed tiġi mtejba. Is-sena l-oħra, sistema ġdida ta' rappurtaġġ onlajn daħlet fis-seħħ u diġà tat il-frott: ir-rapporti ta' fondi użati ħażin żdiedu fl-2010.

Detezzjoni aħjar tfisser li aktar flus jistgħu jiġu rkuprati għall-baġit tal-UE – madwar €825m mill-€1.8bn (€1.5bn fl-2009) tal-fondi tal-UE li ġew użati ħażin fl-2010 inkixfu s'issa skont ir-rapport annwali l-aktar reċenti English .

Tfisser ukoll li l-Kummissjoni u l-gvernijiet jkunu jistgħu jidentifikaw il-problemi aktar malajr u jevitaw li l-frodi jseħħu.

Bosta każi jseħħu meta l-benefiċjarji jew jagħmlu żbalji sinċiera jew jiksru r-regoli tal-UE u jirċievu aktar flus milli suppost. Forsi jitolbu iżjed milli jkunu dovuti għal siegħat tax-xogħol fuq proġett jew jiksru regoli ta' sejħiet għall-offerti, pereżempju. Użi ħżiena oħra jkunu minħabba frodi - offiża kriminali.

Fil-każijiet kollha, l-UE taħdem biex tirkupra l-flus u titgħallem mill-esperjenza. Il-miżuri l-ġodda li qed jiġu kkonsidrati jinkludu:

  • it-titjib tal-proċeduri - nagħmluha eħfef biex jinkixfu u jittieħdu passi kontra dawk li jwettqu l-frodi billi nestendu l-iskambji tal-informazzjoni fost il-pulizija, id-dwana, l-awtoritajiet tat-taxxa, il-ġudikatura u awtoritajiet oħra
  • l-ispjegazzjoni ċara tal-liġi kriminali u r-regoli nazzjonali - definizzjonijiet differenti tal-offiżi bħall-estorsjoni jew l-abbuż tal-poter madwar l-UE qed iwasslu għal rati baxxi ta' kundanna f'xi pajjiżi (ir-rati jvarjaw minn 14% sa 80% għal frodi fil-baġit tal-UE)
  • it-tisħiħ tas-sehem tal-entitjiet tal-UE għal kontra l-frodi - billi l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi u Eurojust isiru aktar effettivi fl-investigazzjonijiet tagħhom.

Il-Kummissjoni qed tikkonsidra t-twaqqif ta' uffiċċju ta' prosekutur pubbliku Ewropew speċjalizzat, li japplika regoli komuni fuq il-frodi u offiżi oħra.

Il-pajjiżi tal-UE jeħtieġu wkoll jużaw is-sistema attwali ta' detezzjoni u rapportar b'mod aktar effettiv. B'mod partikolari Spanja, Franza u l-Irlanda għandhom bżonn ilestu l-implimentazzjoni tas-sistema ta' rapportar onlajn, li bdiet topera s-sena l-oħra.

Il-pajjiżi tal-UE jmexxu kważi 80% tal-baġit annwali tal-UE u l-Kummissjoni tieħu ħsieb il-bqija.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli