Mogħdija tan-navigazzjoni

Inġeddu l-Ewropa - 28/09/2011

Il-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso jippreżenta strateġija tal-UE għal żvilupp sostenibbli fid-diskors annwali tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni lill-Parlament Ewropew.

"Qed inħabbtu wiċċna mal-akbar sfida li l-Unjoni tagħna qatt rat," qal b'referenza għall-kriżi ekonomika kontinwa.

L-UE teħtieġ iġġedded lilha nfisha billi ssir aktar kompetittiva, tonfoq biss kemm tiflaħ, timmansa swieq finanzjarji "irresponsabbli", tindirizza żbilanċi ekonomiċi u tindirizza l-pressjonijiet tal-globalizzazzjoni.

Fuq kollox, neħtieġu aktar rieda u tmexxija politika biex nerġgħu nibnu l-fiduċja - fost iċ-ċittadini u s-swieq finanzjarji.

L-aġenda sħiħa ta' riforma tal-Kummissjoni għandha tiġi implementata sabiex l-Ewropa tkun tista' toħloq żvilupp u impjiegi sostenibbli.

L-aġenda tinkludi:

  • appoġġ kontinwu għall-Greċja – il-pajjiżi taż-żona ewro wiegħdu li jipprovdu l-appoġġ, basta l-Greċja timplimenta tajjeb il-programm ta' riforma tagħha
  • sistema ġdida ta' regolamentazzjoni finanzjarja – wħud mill-proposti ġew adottati u oħrajn qed jistennew l-approvazzjoni, bħar-regoli tad-derivattivi, il-bejgħ bin-nieqes, it-tpartit ta’ nuqqas fl-obbligu ta’ kreditu u ħlas ġust għall-bankiera
  • taxxa ta' tranżazzjoni finanzjarja – rendiment lis-soċjetà mill-istituzzjonijiet finanzjarji. Parti mit-taxxa għandha tgħin fl-iffinanzjar tal-baġit għall-2014-2020 DeutschEnglishfrançais propost mill-UE, li hu mmirat lejn l-investiment fit-tkabbir u fl-impiegi.
  • prevenzjoni tal-evażjoni tat-taxxa – permezz ta' taxxa ta' tfaddil tal-UE u l-poter li l-Kummissjoni jkollha mandat tinnegozja ftehim tat-taxxa f'isem l-UE ma' pajjiżi oħra
  • tisħiħ tal-unjoni ekonomika – it-tneħħija ta' ostakli legali u amministrattivi fil-kummerċ tas-servizzi madwar l-UE (id-Direttiva tas-Servizzi DeutschEnglishfrançais proposta)
  • investiment fir-riċerka, l-innovazzjoni, l-effiċjenza tar-riżorsi u l-edukazzjoni – iridu jiġu adottati proposti dettaljati
  • konnessjoni tan-netwerks Ewropej tal-enerġija, it-trasport u dawk diġitali
  • indirizzar tal-qgħad fost iż-żgħażagħ – aktar appoġġ għall-interships u l-apprendistati, u aktar ħeffa fil-programmi l-oħra tal-UE.

Il-Kummissjoni se tippreżenta wkoll proposti għall-bonds tal-proġetti tal-UE, li jkunu jistgħu jdaħħlu l-flus għall-investiment fi proġetti tal-infrastruttura madwar l-Ewropa.

Huwa qal li nistgħu nġeddu l-Ewropa.

Id-diskors tal-President Barroso – L-Istat tal-Unjoni 2011 DeutschEnglishfrançaisportuguês

Ittra mill-President Barroso lill-President tal-Parlament Ewropew, Jerzy Buzek

Iċ-ċittadini jistgħu jibagħtu l-mistoqsijiet lill-President Barroso sal-5 ta' Ottubru. Huwa jweġibhom f'intervista live, li se tixxandar fuq World View English u Euronews TV.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli