Mogħdija tan-navigazzjoni

L-irkupru ekonomiku hu ta' prijorità - 02/09/2011

Tmexxija ekonomika aħjar, għajnuna ġdida lill-Greċja u riforma fis-settur bankarju huma fost il-miżuri li jeħtiġilhom ikunu implimentati għall-irkupru ekonomiku u għall-ħolqien tal-impjiegi.

Il-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso talab lill-mexxejja tal-UE biex jaġixxu malajr għal miżuri biex ikun stimulat l-irkupru ekonomiku u biex jikkontrollaw l-infiq pubbliku. Hu enfasizza l-ħtieġa wkoll għal programm ġdid ta' għajnuna għal Greċja u għal aktar riforma fis-settur bankarju.

Il-miżuri jiffokaw fuq:

  • tmexxija ekonomika aħjar - ftehim dwar pakkett ta' proposti English għandu jwassal għal monitoraġġ aħjar tal-politiki fiskali, jgħin biex ikun ikkontrollat id-dejn pubbliku u jtejjeb is-sostenibilità fiskali
  • it-tisħiħ tal-fond taż-żona tal-ewro biex jiġu megħjunin pajjiżi b'diffikultajiet finanzjarji - il-gvernijiet għandhom isegwu l-ftehim tal-21 ta' Lulju English u jgħaddu l-liġijiet meħtieġa, biex b'hekk il-fond isir mekkaniżmu permanenti li jittratta kriżijiet finanzjarji
  • il-Greċja - miexja 'l quddiem il-ħidma dwar programm ta' għajnuna ġdida bl-involviment tas-settur privat. Grupp ta' ħidma maħluq f'Ġunju qed jistudja l-possibbiltajiet li bihom jista' jiżdied l-investiment fil-pajjiż b'użu tal-fondi reġjonali tal-UE.
  • ir-riforma fis-settur bankarju tal-UE - proposti jinkludu t-titjib tas-sorveljanza ta' strumenti finanzjarji bħad-derivattivi, li jissikkaw ir-regoli dwar l-abbuż minn informazzjoni privileġġjata u l-manipulazzjoni tas-suq, u qafas ta' ħidma biex ikunu ttrattati banek li jkunu qed ifallu.

Il-President Barroso qal li l-Ewropa kienet aġixxiet b'mod deċiżiv biex tikkapitalizza mill-ġdid il-banek tagħha. Il-pajjiżi qed jieħdu azzjoni biex iġiegħlu banek li mhumiex sejrin tajjeb ħalli jsaħħu l-finanzi tagħhom wara t-test tal-istress English ta' Lulju.

Azzjoni globali

L-UE se tipproponi taxxa ta' transazzjoni finanzjarja Ewropea fis-samit tal-G20 f'Cannes fit-3 u fl-4 ta' Novembru. It-taxxa għandha tgħin fl-iffinanzjar tal-baġit għall-2014-2020 DeutschEnglishfrançais propost mill-UE, li hu mmirat lejn l-investiment fit-tkabbir u fl-impiegi.

Il-President Barroso qal li l-UE se tkompli bir-rwol ċentrali tagħha li tipprovdi għajnuna umanitarja Englishfrançais essenzjali lil-Libja u li tappoġġa t-transizzjoni tal-pajjiż għad-demokrazija.

Aktar dwar id-diskors tal-President Barroso DeutschEnglishfrançaisportuguês

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli