Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-Polonja tmexxi l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea - 04/07/2011

Logo: sitt vleġeġ immirati 'l fuq, il-bandiera tal-Polonja, "PL2011.eu" © Government of Poland

Il-ħidma ewlenija għat-tieni nofs tal-2011 se tiffoka fuq it-tkabbir ekonomiku, Ewropa iktar sikura, u relazzjonijiet eqreb mal-pajjiżi ġirien tal-UE fil-Lvant u fin-Nofsinhar.

Il-pajjiż jibda l-presidenza tiegħu f'perjodu ta' tħassib dwar l-irkupru ekonomiku, il-kriżi tad-dejn fil-Greċja u l-instabbiltà politika fl-Afrika ta' Fuq.

It-tkabbir ekonomiku

Il-prijoritajiet tal-Polonja English għas-sitt xhur li ġejjin jinkludu koordinazzjoni ikbar bejn il-pajjiżi tal-UE biex tingħata spinta lill-irkupru ekonomiku u jinħolqu l-impjiegi.

Il-pajjiż jappoġġa proposti għal att dwar is-suq uniku, li se jagħmilha iktar faċli biex wieħed jgħix u jagħmel negozju madwar l-Ewropa. Dawn jinkludu l-iżvilupp ta' servizzi diġitali bejn pajjiż u ieħor u tal-kummerċ onlajn.

Finanzji pubbliċi stabbli huma importanti wkoll. Il-Polonja se timmonitorja l-pajjiżi tal-UE hekk kif ifasslu l-baġits tagħhom mal-miri li qablu magħhom fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena.

Waqt din il-presidenza, il-pajjiżi tal-UE se jibdew in-negozjati dwar il-proposti għall-baġit tal-UE 2014-2020 DeutschEnglishfrançais . Il-Polonja tħeġġeġ lill-mexxejja tal-UE biex jiffukaw il-fondi tal-UE fuq il-promozzjoni tat-tkabbir, bħall-investiment f'infrastrutturi ewlenin u t-taħriġ fil-ħiliet.

Hemm ukoll fuq l-aġenda proposti biex is-swieq finanzjarji jkunu rregolati aħjar, bil-għan li tkun evitata kriżi oħra.

Ikel, enerġija u sigurtà

Prijoritajiet oħra jinkludu ħidma fuq strateġiji komuni għall-provvista, is-sigurtà u d-difiża tal-ikel u l-enerġija.

Ir-riforma fis-seħħ tal-politika agrikola komuni għandha tiffoka fuq l-iżgurar tas-sigurtà tal-ikel, il-promozzjoni tal-agrikoltura sostenibbli u l-iżvilupp taż-żoni rurali.

Sadanittant, il-Polonja se taħdem fuq strateġija komuni dwar l-enerġija English li se ssaħħaħ il-kapaċità tal-UE biex tiżgura provvista irħas u iktar affidabbli fis-swieq internazzjonali.

Tixtieq ukoll iktar kooperazzjoni fil-politiki tas-sigurtà u d-difiża, bil-għan li jkun hemm koordinazzjoni aħjar fl-oqsma bħall-kontrolli tal-fruntieri u biex tirrispondi b'mod iktar effettiv għall-kriżijiet u l-emerġenzi.

Approċċ internazzjonali

Il-presidenza se tfittex ukoll relazzjoni eqreb tal-UE mal-pajjiżi tal-Lvant, - l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Ġorġja, il-Moldova, l-Ukraina u l-Belarus. Il-Polonja tispera li tmexxi 'l quddiem it-taħdidiet dwar il-ftehimiet ta' assoċjazzjoni, tneħħi l-ostakli għall-kummerċ u tilliberalizza l-viżi.

Il-Polonja tappoġġa t-tkabbir tal-UE, b'mod partikolari l-aħħar passi biex il-Kroazja ssir membru, u t-taħdidiet mat-Turkija u mal-Islanda.

Strateġija komuni biex tinkoraġġixxi lill-pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq biex jagħmlu t-tranżizzjoni lejn id-demokrazija hija wkoll parti mill-programm.

Il-presidenza Pollakka tal-Kunsill tal-UE DeutschEnglishfrançaispolski

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli