Mogħdija tan-navigazzjoni

Is-samit tal-UE jiffoka fuq l-ekonomija, l-immigrazzjoni u l-Kroazja - 27/06/2011

Il-mexxejja Ewropej bilqiegħda madwar mejda għal-laqgħa tagħhom fit-23 ta' Ġunju 2011 © EU

Deċiżjonijiet ewlenin dwar il-politika ekonomika, l-immigrazzjoni, ir-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq u s-sħubija tal-Kroazja waqt il-laqgħa

Il-mexxejja tal-UE jaqblu li jżidu l-miżuri biex jikkoordinaw ir-riformi ekonomiċi u l-politiki ta' nfiq.

Huma qed jappoġġaw il-linji gwida tal-Kummissjoni dwar il-miżuri li kull pajjiż tal-UE għandu jieħu biex jistimula t-tkabbir ekonomiku, joħloq l-impjiegi u jikkontrolla l-finanzi pubbliċi.

Id-deċiżijoni tagħlaq l-ewwel "semestru Ewropew", proċess ta' sitt xhur li matulhom il-gvernijiet tal-UE jikkonsultaw lil xulxin huma u jifformulaw il-pjanijiet ta' nfiq u l-politiki ekonomiċi.

Il-gvernijiet għandhom jikkunsidraw il-linji gwida meta jabbozzaw il-baġits u jfasslu r-riformi tagħhom għall-2012.

Il-mexxejja tal-UE qablu wkoll mat-tibdiliet li jżidu l-effettività tal-fond temporanju English li jipprovdi għajnuna finanzjarja lill-pajjiżi taż-żona tal-ewro li jkunu f'diffikultà. Dan se jkun sostitwit b'fond permanenti ta' €500bn fl-2013.

Appoġġ lill-Greċja

Huma ħeġġu lill-parlament Grieg sabiex jgħaddi liġijiet dwar l-istrateġija fiskali u l-privatizzazzjoni. Ir-riformi għandhom jippermettu lill-pajjiżi taż-żona tal-ewro u lill-Fond Monetarju Internazzjonali biex jipprovdu aktar appoġġ permezz ta' pakkett ġdid ta' salvataġġ.

Il-mexxejja taż-żona tal-ewro qablu li s-settur privat għandu jipprovdi parti mill-finanzjament addizzjonali. Huma kkonfermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom li jagħmlu "dak kollu meħtieġ" biex jiżguraw l-istabbiltà finanzjarja tal-munita unika.

Immigrazzjoni

Il-gvernijiet tal-membri talbu lill-Kummissjoni ideat biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fost il-pajjiżi fiż-żona bla fruntieri tal-UE.

Il-miżuri għandhom jippermettu lill-pajjiżi biex jikkoordinaw it-tweġibiet tagħhom ma' ċirkostanzi eċċezzjonali, bħall-influssi mhux mistennija ta' refuġjati li jfittxu l-asil. Il-mexxejja sejħu għal proposti dwar il-proċeduri komuni dwar l-asil li għandu jkun hemm qbil dwarhom sal-2012.

Huma talbu lill-Kummissjoni biex tibda diskussjonijiet mal-ġirien fin-Nofsinhar u fil-Lvant tal-UE dwar l-iżvilupp ta' programmi għall-ingaġġ ta' ħaddiema permezz ta' "partenarjati ta' mobilità".

Il-Kroazja

Is-samit sejjaħ ukoll għan-negozjati għas-sħubija tal-Kroazja biex ikunu konklużi sal-aħħar ta' Ġunju 2011. Huma qed jittamaw li jiffirmaw trattat mal-pajjiż, li jippermetti lill-Kroazja li tissieħeb mal-UE sal-1 ta' Lulju 2013.

Deċiżjonijiet meħudin waqt is-samit English

L-istqarrija tal-President tal-Kummissjoni dwar il-Kroazja English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli