Mogħdija tan-navigazzjoni

Baġit iebes għat-tkabbir - 20/04/2011

Mara żżomm karta kaħlanija bis-simbolu tal-UE, b'idejha l-oħra fuq munzell fowlders © EU

L-abbozz tal-baġit għall-2012 jammonta għal €132.7 biljun f'pagamenti, li jirrappreżentaw żieda ta' 4.9% fuq l-2011.

L-abbozz tal-baġit, adottat mill-Kummissjoni fl-20 ta' April, hu deskritt mill-Ipprogrammar Finanzjarju u mill-Kummissarju għall-Baġit Janusz Lewandowski bħala "bilanċ delikat bejn l-awsterità u t-tkabbir li jsaħħaħ il-miżuri għal 500 miljun Ewropew."

Filwaqt li l-pagamenti li attwalment huma ppjanati għall-2012 jammontaw għal €132.7 biljun, l-impenji baġitarji għas-sena (il-flus imħollijin għall-pagament skont il-programm finanzjarju tal-2007-13 DeutschEnglishfrançais ) tal-UE jammontaw għal €147.4 biljun (3.7% aktar mill-2011).

Dan il-baġit intunat għall-miżuri ta' awsterità fis-seħħ f'ħafna pajjiżi tal-UE. Hu jirrifletti wkoll l-obbligi legali tal-Kummissjoni lejn il-benefiċjarji tal-fondi tal-UE fl-Ewropa kollha u hu investiment għat-tkabbir u l-impjiegi.

B'mossa bla preċedent, il-Kummissjoni qed tipproponi li tnaqqas l-ispejjeż amministrattivi għall-istituzzjonijiet tal-UE. Il-Kummissjoni qed tmexxi bl-eżempju, billi qed timponi għall-ewwel darba li ma jkunx hemm żieda fuq l-ispejjeż amministrattivi tagħha u qed tkompli ssegwi politika li ma jiżdied ebda staff li jaħdem magħha għat-tielet sena konsekuttiva.

Madankollu, il-Kummissjoni għandha tonora l-impenji legali tagħha. Il-programmi ffinanzjati mill-UE li tnedew fl-2007 issa għaddejjin bi ħġarhom. Dan ifisser li fl-2012 se jkollna aktar kontijiet x'jitħallsu biex jiġu rimborżati l-awtoritajiet reġjonali u n-negozji ż-żgħar li investew f'dawn il-programmi.

L-abbozz tal-baġit 2012 jikkonċentra fuq iż-żidiet fl-infiq ta' dawk l-oqsma fejn hu l-aktar probabbli li jkun inkuraġġut it-tkabbir, b'mod partikulari fir-riċerka u l-koeżjoni, meħtieġ biex ikunu appoġġati l-isforzi tal-pajjiżi tal-UE.

6% biss tal-baġit tal-UE jkopru t-tħaddim tal-istituzzjonijiet tal-UE. L-94% l-oħrajn huma għar-reġjuni u l-ibliet, in-negozji, ix-xjentisti u ċ-ċittadini Ewropej, bl-għan li nofshom ikunu għat-tkabbir u l-impjiegi.

Aktar dwar il-baġit DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli