Mogħdija tan-navigazzjoni

L-Ungerija tidderiġi l-Kunsill tal-UE - 03/01/2011

Budapest: il-bini tal-Parlament Ungeriż max-xtut tad-Danubju © UE

L-Ungerija ħadet post Spanja u l-Belġju fit-tmexxija tal-Kunsill tal-UE fl-1 ta' Jannar 2011.

Bid-dħul tagħha fl-Unjoni Ewropea fl-2004, l-Ungerija qed tieħu f'idejha l-presidenza tal-Kunsill tal-UE għall-ewwel darba. L-istabbilizzazzjoni tal-ekonomija Ewropea, it-tkabbir tal-Unjoni, l-enerġija u l-integrazzjoni tar-Roma jagħmlu parti mill-prijoritajiet tagħha.

Il-presidenza Ungeriża qed tibda meta l-irkupru ekonomiku għadu mhux l-istess fl-Unjoni u meta l-ħruġ mill-kriżi għandu jiġi kkonsolidat. Quddiem id-diffikutajiet taż-żona tal-ewro, l-Istati Membri qablu li jirrivedu t-Trattat ta' Lisbona, sabiex jitkompla l-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni English implimentat biex jingħataw għajnuna l-Greċja u l-Irlanda. Wieħed mill-għanijiet tal-presidenza l-ġdida hu li javvanzaw in-negozjati dwar din il-kwistjoni.

Hi biħsiebha wkoll timxi 'l quddiem fil-qasam tal-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi bejn l-Istati Membri. B'dan l-għan hi se tniedi s-"Semestru Ewropew", perjodu li matulu l-abbozzi tal-baġit ta' kull pajjiż jiġu analizzati fil-livell Ewropew sabiex jintwerew żbilanċi li jistgħu jseħħu aktar 'il quddiem.

Mil-lat soċjali, l-Ungerija se taħdem biex tkun elaborata strateġija tassew Ewropea favur l-integrazzjoni tar-Roma. Użu aktar effikaċi tal-fondi Ewropej għandu jippermetti li jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-ħajja ta' din il-komunità.

Wieħed mill-mumenti l-aktar importanti ta' din il-presidenza se jkun l-organizzazzjoni tas-samit dwar l-enerġija, li se jkollu l-għan notevolment li tiġi żgurata l-interkonnessjoni tan-netwerks tal-elettriku u tal-gass tal-Istati Membri. L-għan hu li titnaqqas id-dipendenza tal-Unjoni, b'mod partikulari fil-forniment tagħha tal-gass.

Il-presidenza l-ġdida tixtieq ukoll tapprofondixxi r-relazzjoni tal-UE mal-Armenja, l-Azerbajġan, il-Ġeorġja, il-Moldava, l-Ukraina u l-Belarus. Hi għandha tilqa' lil dawn il-pajjiżi f'Mejju waqt it-tieni samit tal-"partenarjat tal-lvant".

Fl-aħħar nett, l-Ungerija se tappoġġa b'mod attiv il-proċess tat-tkabbir tal-Unjoni, b'mod partikulari dak tal-Kroazja. Il-pajjiż ilu kandidat mill-2004 u dieħel fil-fatt fil-fażi finali tan-negozjati ta' adeżjoni tiegħu.

Il-websajt tal-presidenza Ungeriża tal-Kunsill tal-UE Englishfrançaismagyar

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli