Mogħdija tan-navigazzjoni

L-UE u int fl-2010 - 23/12/2010

"Aqrali xortija" bil-kuluri tal-bandiera Ewropea © Mélanie Heddrich/Patrick Bombaert

Għar-rendikont tal-aħħar tas-sena, il-fuljett "L-Ewropa u int" jitfa dawl fuq wħud mill-inizjattivi tal-UE fl-2010.

Id-diffikultajiet tal-Greċja, u iktar reċenti, dawk tal-Irlanda, heżżew liż-żona ewro u lill-ekonomija Ewropea. L-UE rreaġixxiet permezz ta' għajnuna finanzjarja immedjata lil dawn il-pajjiżi u b'hekk ma ntilfitx il-kredibilità fil-munita unika u reġgħet issawret il-fiduċja tas-swieq. Barra dan, ħolqot mekkaniżmu innovattiv English ta' madwar 500 biljun ewro biex tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja u implimentat istituzzjonijiet ta' sorveljanza DeutschEnglishfrançais tas-swieq finanzjarji.

Quddiem il-kriżi, l-UE impenjat ruħha wkoll favur l-impjiegi: immobilizzat 100 miljun ewro biex tiffinanzja l-mikrokrediti (self taħt il-25,000 ewro) maħsuba għall-persuni bla xogħol li jixtiequ jiftħu l-kumpanija tagħhom.

Fir-rebbiegħa, il-vjaġġaturi imblukkati fl-ajruporti minħabba s-sħaba tal-irmied vulkaniku rnexxielhom jiksbu kumpens u għajnuna grazzi għal-leġiżlazzjoni Ewropea dwar il-protezzjoni tal-passiġġieri tal-ajru. Minn din is-sena, il-passiġġieri tat-trejn u tal-vapuri bdew igawdu mill-istess drittijiet. Għalhekk, biljett tat-trejn issa jista' jiġi rimborżat sa 50% jekk it-trejn jasal tard.

Fil-qasam tad-drittijiet fundamentali, leġiżlazzjoni Ewropea ġdida issa tippermetti liċ-ċittadini involuti fi proċedura ġudizzjarja f'pajjiż ieħor tal-Unjoni milli jibbenefikaw bla ħlas mis-servizzi tat-traduzzjoni u tal-interpretazzjoni.

L-UE ma nsietx lanqas lill-konsumaturi. Il-miżuri meħdua favur ir-riċiklaġġ tat-tagħmir tal-elettriku u elettroniku jew l-iżvilupp ta' mudell komuni ta' ċarġer għall-mowbajls huma prova tal-azzjoni tal-UE fil-ħajja ta' kuljum tal-Ewropej.

Fl-aħħar nett, fix-xena esterna, fl-2010 l-Unjoni kkonfermat ir-rwol tagħha bħala l-ewwel donatur dinji permezz tal-għajnuna li pprovdiet lill-bosta pajjiżi milquta mid-diżastri naturali jew ekoloġiċi. Ngħidu aħna, kellha rwol ċentrali fl-għajnuna internazzjonali lil Ħaiti Englishfrançais wara t-terremot.

Fuljett "L-Ewropa u int 2010" българскиčeštinadanskDeutscheesti keelελληνικάEnglishespañolfrançaisitalianolatviešu valodalietuvių kalbamagyarNederlandspolskiportuguêsRomânaslovenčinaslovenščinasuomisvenska

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli