Mogħdija tan-navigazzjoni

Iż-żieda fl-Impjiegi fil-quċċata tal-aġenda ta' riforma Ewropea ta' Barroso - 07/09/2010

Il-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso © EU

Il-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso ppreżenta l-pjanijiet strateġiċi tiegħu għall-UE għas-sena li ġejja fit-taħdita tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni lill-Parlament Ewropew.

Huwa qal: "Il-messaġġ tiegħi lil kull ċittadin Ewropew hu li tistgħu tafdaw li l-Unjoni Ewropea se tagħmel dak li hemm bżonn biex il-futur ikun sikur".

Id-dehra ekonomika tal-UE hija aħjar milli kienet sena ilu u qed tkompli titjieb, qal il-President Barroso lill-Parlament. It-tkabbir għandu jkun ogħla mit-tbassir. Il-qgħad ma għadux jiżdied.

"Iżda xogħolna għadu mhux lest," kompla jgħid. "Jeħtieġ li naċċelleraw l-aġenda ta' riforma."

Matul it-12-il xahar li ġejjin il-Kummissjoni tippjana li twassal leġiżlazzjoni ġdida dwar it-tmexxija ekonomika mtejba fl-UE, il-ħliet tax-xogħol, il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni, it-tnaqqis tan-negozji ż-żgħar u t-tneħħija tal-ostakli għall-kummerċ fis-suq uniku tal-UE.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli