Mogħdija tan-navigazzjoni

Lura għall-iskola! - 03/08/2010

Klassi vojta bi blackboard © UE

L-impjegati Ewropej sabu mill-ġdid il-bank tal-iskola biex iqajmu għarfien fost iż-żgħażagħ dwar l-attività tal-Unjoni Ewropea.

Il-proġett "Lura għall-iskola" jipproponi lill-membri tal-istaff tal-istituzzjonijiet Ewropej biex iżuru għal ġurnata skola - preferibbilment dik li kienu jattendu fiha huma stess.

Din l-inizjattiva tnediet fl-2007 mill-Gvern Ġermaniż biex jiċċelebra l-bidu tal-presidenza tiegħu tal-UE. Il-Kummissjoni appoġġat ukoll il-proġett u l-presidenzi suċċessivi tal-Kunsill tal-UE komplewh. Din is-sena, ħdax-il pajjiż qed jipparteċipaw fil-programm u qed jilqgħu l-impjegati fl-iskejjel li kienu jattendu fihom. Skejjel oħra li jinsabu fl-UE jistgħu wkoll jivvoluntarjaw u jilqgħu għandhom viżitaturi.

Impjegati mil-livelli kollha qed jipparteċipaw f'din l-avventura u qed iservu ta' ambaxxaturi tal-UE. Fir-rebbiegħa, Kristalina Georgieva, il-Kummissarju responsabbli għall-għajnuna umanitarja, żaret skola sekondarja li tinsab f'Elena, fil-Bulgarija. Hemm hi ltaqgħet ma' studenti ta' 13-17-il sena li staqsewha ħafna mistoqsijiet, notevolment dwar il-viżjoni tagħhom tal-Ewropa. Hi semgħet l-opinjoni tagħhom u staqsiethom dwar x'jirrappreżenta għalihom il-fatt li huma Ewropej.

Il-Belġju, li assumiet il-presidenza b'rotazzjoni tal-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Lulju, se torganizza fit-28 ta' Ottubru ż-żjarat tal-impjegati Belġjani tal-Kummissjoni Ewropea fl-iskejjel li kienu jattendu fihom.

"Lura għall-iskola" jagħti wiċċ lill-Ewropa u jressaq lill-istituzzjonijiet lejn il-ġenerazzjonijiet żgħażagħ. B'dan il-proġett, l-istudenti jistgħu jinformaw lilhom infushom dwar l-UE b'mod differenti, billi jieħdu vantaġġ mill-esperjenza ta' dawk li jipparteċipaw b'mod dirett fil-kostruzzjoni Ewropea. Dan jippermettilhom jifhmu aħjar kif taħdem l-Unjoni, biex jinteressaw lilhom infushom fil-politiki differenti Ewropej jew biex jiskopru l-programmi ta' skambju bħal Leonardo Da Vinci jew Erasmus.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli