Għodod għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni

Wara Spanja, imiss lill-Belġju biex jassumi l-presidenza b'rotazzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Lulju. Ippreżenta programm ambizzjuż għat-tieni nofs tal-2010.
Il-programm ta' ħidma Belġjan għas-sitt xhur li ġejjin ikompli fuq dak tat-"trio ta' presidenzi" li l-pajjiż jifforma ma' Spanja u l-Ungerija. Qabel kollox, il-Belġju jrid jiżgura l-implimentazzjoni tat-trattat ta' Liżbona, li daħal fis-seħħ f'Diċembru li għadda, li jissimplifika t-teħid tad-deċiżjonijiet fl-Unjoni Ewropea.
Matul il-presidenza Spanjola, id-dgħajfin tal-ewro u s-sitwazzjoni li marret għall-agħar tad-defiċits pubbliċi heżżew lill-Ewropa. Il-presidenza l-ġdida tixtieq terġa' tistabbilixxi t-tkabbir ekonomiku u ttejjeb il-governanza ekonomika. Il-programm Belġjan jipprevedi wkoll il-ħolqien ta' struttura Ewropea ġdida ta' sorveljanza tas-swieq finanzjarji. Ara l-programm sħiħ ![]()
![]()
![]()
![]()
tal-presidenza Belġjana.
Stat federali b'iktar minn 10 miljun abitant, il-Belġju bħalissa qed jaħdem biex jifforma l-gvern ġdid tiegħu. Kien hemm xi tħassib li l-elezzjoni bikrija ma ħabtitx tajjeb bil-presidenza b'rotazzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea wara l-bieb. Iżda l-Prim Ministru li rriżenja, Yves Leterme, żgura li l-Belġju kien jinsab lest biex jassumi l-presidenza. Hemm qbil ġenerali favur il-programm tiegħu, frott ta' iktar minn sentejn xogħol.