Mogħdija tan-navigazzjoni

Bibien miftuħa għall-Ewropa! - 06/05/2010

Jum l-Ewropa hu okkażjoni għall-Ewropej kollha biex jiskopru kif taħdem l-Ewropa u x'attivitajiet torganizza f'ambjent ta' festa.

Fid-9 ta' Mejju 1950, Robert Schuman, li kien il-ministru Franċiż għall-affarijiet barranin, ġabar lill-istampa għal komunikazzjoni tal-ogħla importanza. Kif spiċċat it-Tieni Gwerra Dinjija, talab lil Franza, il-Ġermanja u pajjiżi oħra biex jgħaqqdu l-produzzjoni tal-faħam u l-azzar tagħhom. B'hekk ippropona paċi dejjiema fit-territorju Ewropew u li jsir l-ewwel pass lejn għaqda ekonomika. Illum, din id-dikjarazzjoni titqies bħala l-att li ta bidu għall-Unjoni Ewropea u mill-1985, fid-9 ta' Mejju niċċelebraw Jum L-Ewropa българскиčeštinadanskDeutscheesti keelελληνικάEnglishespañolfrançaisGaeilgeitalianolatviešu valodalietuvių kalbamagyarNederlandspolskiportuguêsRomânaslovenčinaslovenščinasuomisvenska .

Għas-60 anniversarju ta' dan l-avveniment, l-istituzzjonijiet Ewropej se jiċċelebraw u qed jorganizzaw bosta attivitajiet: kunċerti, żfin, kwiżżijiet kbar, stands ta' informazzjoni...

Fi Brussell, iċ-ċentru tal-festivitajiet fil-Belġju, il-bini tal-istituzzjonijiet se jiftħu l-bibien tagħhom għall-pubbliku fit-8 ta' Mejju. Hi l-okkażjoni biex iżżur il-Berlaymont (il-kwartieri ġenerali tal-Kummissjoni), l-emiċiklu tal-Parlament u s-sala kbira tal-Kunsill fejn jiltaqgħu l-mexxejja u l-ministri Ewropej.

Iż-żgħażagħ jistgħu joħolqu t-tajra tagħhom bil-kuluri tal-Ewropa fil-Parlament u jiskopru l-bijodiversità fil-Kumitat ekonomiku u soċjali. Il-Kummissjoni se torganizza wkoll logħob biex titqajjem kuxjenza dwar il-benessri tal-annimali.

Se jsiru konferenzi kullimkien, pereżempju fil-Kumitat tar-Reġjuni, dwar it-tema tal-kultura Ewropea. Il-membri parlamentari se janimaw id-dibattiti pubbliċi fil-Parlament. Il-viżitaturi jistgħu jipparteċipaw f'simulazzjoni ta' sessjoni fil-Kunsill: se jirnexxilhom ifasslu inizjattiva Ewropea għal karozza "ekoloġika"?

Fl-aħħar, fid-9 ta' Mejju, il-pubbliku se jkun jista' jiskopri r-rikkezza kulturali taċ-ċinema Ewropew permezz tal-festival EuroCine. Għas-seba' edizzjoni, 27 film minn 27 pajjiż tal-Unjoni se jiġu ppreżentati f'ħamest ibliet kapitali Ewropej.

 

Il-festa tal-Ewropa fi Brussell DeutschEnglishfrançaisNederlands

L-attivitajiet tad-9 ta' Mejju fl-Ewropa

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli