Mogħdija tan-navigazzjoni

Eżerċizzju ġdid fid-demokrazija - 31/03/2010

Kotba bil-firem fuq it-Trattat ta' Liżbona ©EU

Iċ-ċittadini Ewropej dalwaqt se jkollhom mod ġdid biex jitolbu lill-UE taġixxi dwar kwistjonijiet li jikkonċernawhom. Iżda kif se taħdem fil-prattika din l-"inizjattiva għaċ-ċittadini"?

Introdotta permezz tat-Trattat ta' Liżbona, l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej DeutschEnglishfrançais maħsuba biex tagħmel lill-UE aktar demokratika billi tagħti liċ-ċittadini sehem aktar dirett fil-politiki tagħha.

Wara d-dħul fis-seħħ tat-trattat f'Diċembru, il-Kummissjoni, li tabbozza l-leġiżlazzjoni, issa se jkollha l-obbligu formali - hekk kif jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet - li tikkunsidra proposti miċ-ċittadini.

L-inizjattiva taċ-ċittadini "għandha trawwem dibattitu ħaj dwar x'qed nagħmlu fi Brussell," qal Maroš Šefčovič, il-Kummissarju l-ġdid għall-amministrazzjoni u r-relazzjonijiet interistituzzjonali.

It-trattat jiddikjara li biex inizjattiva tiġi kkunsidrata mill-Kummissjoni trid tkun appoġġata minn tal-anqas miljun ċittadin li jkunu minn minimu ta' terz tal-pajjiżi tal-UE - disgħa fil-preżent.

Wara li elaborat il-kunċett, il-Kummissjoni issa fasslet sett ta' regoli li ċ-ċittadini Ewropej għandhom isegwu biex jissottomettu l-petizzjonijiet tagħhom. Skont il-proposti, l-għadd ta' firem minn kull pajjiż għandu jkun proporzjonali għad-daqs tiegħu - 4,500 għall-iċken erba' pajjiżi sa 72,000 għall-akbar, il-Ġermanja.

Hekk kif jinġabru tal-anqas 300,000 firma minn ċittadini f'massimu ta' tliet pajjiżi, il-petizzjoni tiġi reġistrata mal-Kummissjoni u tittieħed deċiżjoni dwar jekk l-inizjattiva taqax taħt l-ambitu tal-poteri tagħha. Minn dak il-ħin, l-organizzaturi jkollhom sena ċans biex jipprovdu l-firem li jkun baqagħlhom jiġbru.

Jekk l-inizjattiva tissodisfa l-kriterji, il-Kummissjoni jkollha erba' xhur biex tinvestiga u tiddeċiedi li ssegwi b'leġiżlazzjoni, li tniedi studju jew li tabbanduna kull azzjoni. Ikun jiħtiġilha tagħti spjegazzjoni b'mod pubbliku dwar id-deċiżjoni tagħha.

Biex ma jkunx hemm frodi, il-firmatarji għandhom jipprovdu l-indirizz ta' daharhom, id-data tat-twelid, in-nazzjonalità u n-numru personali ta' identifikazzjoni - kard tal-identità nazzjonali, passaport jew numru tas-sigurtà soċjali. L-organizzaturi se jkun jinħtiġilhom ukoll jiddikjaraw minn ikun qed jiffinanzja l-petizzjoni.

Ir-regoli proposti għandhom jiġu approvati mill-Parlament u mill-Kunsill, imbagħad l-ewwel inizjattivi jkunu jistgħu jitressqu - potenzjalment mal-bidu tal-2011.

Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli