Mogħdija tan-navigazzjoni

Xogħol mal-UE - 11/03/2010

L-UE taġġorna l-proċedura tal-għażla għal ħaddiema fis-servizz ċivili. Titneħħa l-enfasi minn fuq l-għerf formali u titqiegħed fuq il-kapaċità.

L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO) jispera li l-metodi l-ġodda jħeffu l-proċess u jiġbdu nies b'aktar kapaċitajiet u esperjenza.

Kull sena għexur ta' eluf japplikaw għal impjieg fis-servizz ċivili Ewropew. Dawn jinkludu interpreti, tradutturi, avukati, segretarji u amministraturi.

Qabel il-proċess kien jista' jieħu saħansitra sentejn u jibda b'baraxx ta' testijiet. Dan kien jaqta' qalb il-kandidati u jqiegħed l-istituzzjonijiet Ewropej fi żvantaġġ biex jimpjegaw persuni ġodda.

"F'suq tax-xogħol dejjem aktar kompetittiv, l-istituzzjonijiet Ewropej iridu jkunu kapaċi jattiraw firxa varjata ta' applikanti ta' livell għoli," qal Maros Sefcovic, il-Kummissarju l-ġdid għar-relazzjonijiet interistituzzjonali u l-amministrazzjoni.

"Dejjem importanti li nżommu lil dawn in-nies, u dan nistgħu nagħmluh biss jekk ikollhom il-prospett li jsibu impjieg attraenti mingħajr dewmien żejjed."

Il-proċedura l-ġdida tieħu bejn 5 u 9 xhur biss, parzjalment minħabba li l-kompetizzjonijiet għal postijiet komuni bħal amministraturi, assistenti u lingwisti se jsiru annwalment - aktar frekwenti minn qabel. U l-kandidati ma jibqax ikollhom bżonn jimmemorizzaw għadd enormi ta' fatti u figuri ġenerali dwar l-istorja tal-UE - għallinqas mhux mill-bidu.

Il-proċedura l-ġdida tinvolvi żewġ fażijiet. L-ewwel nett l-applikanti jiġu ttestjati għall-kapaċitajiet professjonali u ta' ħsieb f'pajjiżhom. Dawk li jgħaddu minn din il-fażi jiġu mistiedna Brussell. Hemmhekk ikunu ttestjati dwar l-għerf tal-UE tagħhom. Waqt it-tieni fażi jintalbu wkoll jagħmlu eżerċizzji relatati mal-impjieg. B'hekk ikunu jistgħu juru l-kapaċità f'oqsma li jinkludu s-soluzzjoni ta' problemi, ix-xogħol f'tim u l-komunikazzjoni.

Il-kandidati jirċievu rispons aktar fid-dettall dwar kif marru, u jekk jgħaddu, x'aktarx li jiġu mistiedna għal intervista. Dawk li jgħaddu l-evalwazzjoni iżda ma jiġux impjegati, jitqiegħdu fuq lista ta' riserva li tkun valida għal sena.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli