Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġenda diffiċli għall-Barroso II - 15/02/2010

Ritratt tal-grupp tal-Kummissjoni l-ġdida © EU

Meta l-ewwel tim tal-president Barroso ħa l-kariga, l-ekonomija kienet sejra tajjeb u l-qgħad kien qed jonqos. Issa, ħames snin wara, ninsabu fl-eħrex reċessjoni f'għexieren ta' snin, għadd ġdid ta' sfidi qed jistennew lill-Kummissjoni Ewropea tal-2010-2014.

Filwaqt li spjega l-prijoritajiet tiegħu fil-ħarifa li għaddiet, il-president qal li l-akbar importanza se tkun l-ispinta fl-irkupru tal-ekonomija u li l-miljuni ta' nies li tilfu x-xogħol waqt il-kriżi jerġgħu jsibu jaħdmu. Wiegħed ukoll li jkompli jitħabat għal riformi finanzjarji biex tiġi evitata kriżi oħra.

U fejn jidħlu għanijiet fit-tul, il-pjan ta' 10 snin għat-tkabbir tal-UE - l-istrateġija ta' Liżbona - jiskadi din is-sena, u għaddejja l-ħidma għall-pjan li jmiss. Il-president diġà ppubblika dokument ta' ħidma li jistipula l-għanijiet qabel tiġi ppreżentata l-proposta formali f'Marzu.

Il-ġimgħa l-oħra, is-Sur Barroso ta ħarsa bil-quddiem lill-mexxejja tal-UE tal-pjan magħruf bħala "Ewropa 2020." L-istrateġija tikkonċentra fuq il-promozzjoni ta' industriji b'karbonju baxx, l-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp, il-ftuħ ta' ekonomija diġitali u l-immodernizzar tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

Tipprova ssaħħaħ is-suq komuni u trażżan lura d-defiċits baġitarji nazzjonali, qal il-president filwaqt li ħeġġeġ għal aktar koordinazzjoni fil-politika tal-ekonomija. Għoxrin pajjiż qed jaqbżu l-limitu ta' 3% tal-UE.

L-eżekuttiv il-ġdid tal-UE huwa l-ewwel wieħed li se jaħdem skont it-trattat ta' Liżbona li huwa mfassal biex jissimplifika t-teħid ta' deċiżjonijiet fl-UE u biex itejjeb il-profil tal-Unjoni fl-affarijiet internazzjonali. Bħala l-gwardjana tat-trattati tal-UE, l-Kummissjoni l-ġdida trid tiżgura li l-karta ta' riforma tkun implementata - biċċa xogħol iebsa peress li t-tibdil jirrigwardja kważi kull istituzzjoni tal-UE.

Dan jinkludi l-Kummissjoni. Il-Kummissjoni l-ġdida fiha rappreżentant għoli għall-affarijiet barranin, pożizzjoni maħluqa bit-trattat. Catherine Ashton għandha din il-kariga u sservi wkoll ta' viċi president fil-Kummissjoni.

It-tisħin globali, kwistjoni ewlenija waqt l-ewwel mandat tal-president, tibqa prijorità qawwija, kif jidher ċar bil-ħolqien ta' portafoll ġdid dwar azzjoni għall-klima. L-UE qed tisħaq għal tiġdid fit-taħdit internazzjonali biex inkomplu fejn waqafna fil-konferenza dwar il-klima ta' Kopenħagen.

L-azzjoni dwar il-klima mhijiex l-unika ħatra ġdida. Għall-ewwel darba hemm portofolli kompletament iddedikata għall-affarijiet interni u umanitarji. Ħafna ħatriet oħra ġew irranġati.

It-tim Barroso II għandu l-ewwel laqgħa din il-ġimgħa. Il-formazzjoni l-ġdida fiha 27 Kummissarju, wieħed/waħda minn kull pajjiż tal-UE. Erbatax, inklużi l-president, diġà ħadmu fl-eżekuttiv ta' qabel. Il-kariga ddum ħames snin.

EU 2020 - l-istrateġija għal tkabbir sostenibbli DeutschEnglishfrançais

Linji gwida politiki għall-Kummissjoni l-ġdida DeutschEnglishfrançaisportuguês

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli