Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-Kummissjoni l-ġdida lesta biex tibda' xogħolha - 09/02/2010

Il-Parlement Ewropew f'waħda mis-seduti tiegħu ©EU

It-tim ġdid tal-President Barroso jirbaħ l-appoġġ tal-Parlament.

Illum il-MPE approvaw 26 kandidat għall-Kummissjoni Ewropea biex b'hekk it-tim il-ġdid ta' Barroso jista' jibda ħidmietu. Il-vot kien ta' 488 vot favur, 137 vot kontra (b'72 astensjoni), ferm aktar mill-maġġoranza meħtieġa.

Il-vot iwassal għall-ogħla stadju tal-proċess li beda f'Settembru meta l-president rebaħ l-appoġġ parlamentari għat-tieni mandat tiegħu.

Il-Kummissjoni l-ġdida kellha tibda xogħolha f'Novembru 2009 iżda l-appuntament kien pospost kemm minħabba d-dewmien fir-ratifika tat-Trattat ta' Liżbona kif ukoll minħabba l-irtirar tal-kandidata Bulgara wara s-seduta ta' smigħ ta' konferma tagħha f'Jannar. Post Rumiana Jeleva ttieħed minn Kristalina Georgieva, viċi president tal-Bank Dinji, li ġiet intervistata mill-Parlament il-ġimgħa li għaddiet.

Flimkien mas-Sur Barroso, il-formazzjoni l-ġdida tinkludi 27 membru, wieħed minn kull pajjiż tal-UE. Erbatax minnhom, inkluż il-president, servew fl-eżekuttiv preċedenti. Il-mandat tagħhom jintemm wara ħames snin.

It-tim Barroso II se jibda xogħlu appena l-mexxejja tal-UE jaħtruh formalment.

Linji gwida dwar il-politiki għall-Kummissjoni l-ġdida DeutschEnglishfrançaisportuguês

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli