Mogħdija tan-navigazzjoni

Kristalina Georgieva tikkompleta l-grupp - 03/02/2010

Tabella li tindika l-Parlament Ewropew © EU

Il-Parlament ilesti s-seduti ta' smigħ dwar il-Kummissjoni li jmiss.

Nhar l-Erbgħa għal tliet sigħat il-MPE intervistaw lill-kandidata l-ġdida tal-Bulgarija għall-kariga ta' Kummissarju Ewropew.

Kristalina Georgieva, il-viċi president tal-Bank Dinji, kienet nominata għall-portafoll tal-affarijiet umanitarji wara li l-ewwel għażla tal-Bulgarija għall-kariga, Rumiana Jeleva, iddeċidiet li twarrab.

Jeleva kienet waħda mis-26 kandidat tal-Kummissjoni intervistati f'Jannar. Id-deċiżjoni tagħha li tirtira pposponiet l-approvazzjoni tal-Parlament għat-tim ġdid tal-President Barroso.

Il-vot tal-Parlament dwar il-Kummissjoni kollha ppjanat li jsir fid-9 ta' Frar. Jekk ikun pożittiv, l-eżekuttiv il-ġdid "Barroso II" mistenni li jibda jeżerċita l-kariga tiegħu mill-10 ta' Frar.

 

Profil ta' Kristalina Georgieva

Lista tal-kummissarji nominati

Linji gwida dwar il-politiki għall-Kummissjoni l-ġdida DeutschEnglishfrançaisportuguês

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli