Mogħdija tan-navigazzjoni

Kristalina Georgieva hi n-nomina Bulgara ġdida għall-kummissarju - 22/01/2010

Tabella li tindika l-Parlament Ewropew © EU

Seduta ġdida ta' smigħ ippjanata għat-3 ta' Frar, li trid tiġi segwita b'vot parlamentari dwar il-Kummissjoni l-ġdida fid-9 ta' Frar.

Il-Bulgarija resqet in-nomina ta' Kristalina Georgieva bħala l-kandidata tagħha għall-kummissjoni l-ġdida wara l-irtirar ta' Rumiana Jeleva mil-lista tal-kandidati. Georgieva ġiet innominata għall-istess kariga bħal Jeleva - kummissarju għall-affarijiet umanitarji. Georgieva attwalment taħdem bħala viċi president tal-Bank Dinji.

Il-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso aċċetta n-nomina tagħha fil-21 ta' Jannar u l-parlament skeda seduta ta' smigħ għal Georgieva fit-3 ta' Frar.

L-irtirar ta' Jeleva tħabbar fid-19 ta' Jannar, li kellu jkun l-aħħar jum tas-seduti ta' smigħ għal konferma tal-kandidati. Hi dehret quddiem il-kumitat għall-iżvilupp tal-Parlament ġimgħa qabel.

Dawk innominati jridu jkunu approvati mill-Parlament. Skont ir-regoli tal-UE, il-MPE jivvotaw għall-kulleġġ kollu, mhux għall-individwi. Il-vot kien oriġinalment skedat għas-26 ta' Jannar. Issa ppjanat li jsir fid-9 ta' Frar.

Lista tal-kummissarji nominati

Linji gwida dwar il-politiki għall-Kummissjoni l-ġdida DeutschEnglishfrançaisportuguês

Il-President tal-Parlament jaġixxi għall-irtirar tas-sinjura Jeleva

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli