Mogħdija tan-navigazzjoni

Kummissarji nominati ssirilhom "intervista dwar l-impjieg" - 11/01/2010

Tabella li tindika l-Parlament Ewropew © EU

Dawk innominati għal karigi fil-Kummissjoni li jmiss se jwieġbu mistoqsijiet mill-Parlament Ewropew mill-11 sad-19 ta' Jannar.

Il-liġi tal-UE tirrikjedi dawn is-seduti ta' smigħ biex b'hekk ir-rappreżentanti tan-nies – il-Membri tal-Parlament Ewropew – jingħatalhom iċ-ċans jgħidu x'jaħsbu dwar min jagħmel parti mill-Kummissjoni.

Is-26 kandidat tal-Kummissjoni (inkluża r-rappreżentanta għolja għall-affarijiet barranin tal-UE) diġà ppreżentaw is-CV tagħhom u wieġbu bil-miktub għal kwestjonarju. Matul is-seduti ta' smigħ pubbliċi ta' tliet sigħat, il-kumitati parlamentari se jagħmlulhom mistoqsijiet dwar l-oqsma ta' politiki li għandhom x'jaqsmu mal-portafolli ġejjiena tagħhom.

Il-MPE se jivvalutaw it-tagħrif u l-kompetenzi, l-impenn għall-UE, l-indipendenza personali u l-prijoritajiet politiċi tal-kandidati. Il-Parlament se jagħti wkoll l-opinjoni tiegħu dwar it-tqassim propost tal-portafolli u tal-programm politiku.

José Manuel Barroso, li diġà ġie approvat mill-Parlament, se jkompli bit-tieni mandat tiegħu bħala President tal-Kummissjoni.

Waqt laqgħa plenarja fis-26 ta' Jannar, il-MPE għandhom jiddeċiedu b'vot ta' maġġoranza jekk il-kummissjoni l-ġdida b'mod sħiħ għandha jew ma għandhiex tkun approvata. Hekk kif tingħata l-approvazzjoni, il-kapijiet tal-gvernijiet tal-UE jaħtru formalment il-Kummissjoni. Il-kummissarji għandhom mandat ta' ħames snin, li matulhom jibqgħu marbutin li jagħtu kont ta' għemilhom lill-parlament – il-parlament jista' jitlob ir-riżenja f'daqqa tal-kummissarji kollha.

 

Lista tal-kummissarji nominati

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli