Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-Presidenza Spanjola se tiffoka fuq it-Trattat ta' Liżbona - 04/01/2010

Il-logo tal-presidenza Spanjola © eu2010.es

Fl-aġenda Spanjola, insibu wkoll l-irkupru ekonomiku, l-importanza tal-UE fid-dinja u d-drittijiet taċ-ċittadini.

Spanja assumiet il-presidenza b'rotazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-bidu ta' din is-sena, bil-wegħda li tagħti l-ewwel prijorità lit-trattat ta' Liżbona .

It-trattat daħal fis-seħħ f'Diċembru, u daħħal bosta tibdiliet biex jgħinu lill-UE tieħu deċiżjonijiet effiċjenti u jkollha rwol prominenti fl-affarijiet internazzjonali. Fost it-tibdiliet hemm ir-riorjentazzjoni tal-presidenza b'rotazzjoni ta' sitt xhur biex tiġi żgurata kooperazzjoni mill-qrib ma' żewġ karigi maħluqa bit-trattat - il-president tal-UE u l-kap tal-affarijiet barranin. Bħala l-ewwel pajjiż li se jżomm il-presidenza taħt it-trattat, Spanja għandha l-opportunità li twitti t-triq.

Fl-ewwel nofs tas-sena, Spanja se tipprova ssaħħaħ ir-rwol tal-UE fid-dinja, b'ħidma mill-qrib mal-president il-ġdid tal-UE Herman Van Rompuy bl-għan li jkun hemm unità Ewropea biex b'hekk l-Ewropa ssemmi vuċi waħda.

Spanja se tkun involuta wkoll fl-istabbiliment ta' "Servizz ta' azzjoni esterna", il-korp diplomatiku l-ġdid tal-UE ppresedut mir-rappreżentant għoli, Catherine Ashton.

It-trattat jirrikjedi li l-presidenza tal-UE taħdem fil-qrib maż-żewġ pajjiżi li jmisshom jieħdu l-presidenza - fil-każ ta' Spanja, il-Belġju u l-Ungerija. Ir-riżultat prattiku ta' dan it-"trio ta' presidenzi" hu programm konġunt ta' 18-il xahar.

Bir-rata tal-qgħad li leħqet id-9.3% fl-2009 (19.3% fi Spanja), il-presidenza se tiffoka sew fuq l-irkupru ekonomiku. L-adozzjoni ta' strateġija Ewropea ġdida għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi u t-titjib tas-superviżjoni tas-sistema finanzjarja internazzjonali se jkunu prijoritajiet. Spanja tippjana li tagħti attenzjoni speċjali lill-ugwaljanza bejn is-sessi.

Fl-aġenda Spanjola hemm ukoll il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini biex l-UE tkun eqreb tan-nies permezz ta' petizzjoni taċ-ċittadin imdaħħla bit-trattat ta' Liżbona.

Spanja tispera wkoll li tagħmel progress fil-kwistjonijiet tas-sigurtà tal-enerġija, it-tibdil fil-klima u l-immigrazzjoni.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli