Mogħdija tan-navigazzjoni

L-UE u int fl-2009 - 28/12/2009

Fjuri taż-żagħfran fil-borra © EC

Diċembru, ix-xahar tal-kontijiet: x'għamlet l-UE għaċ-ċittadini tagħha fl-2009?

L-Unjoni Ewropea hi preżenti fil-ħajja ta' kuljum tal-Ewropej, anke jekk dawn mhux dejjem huma konxji minnha. Tipprova twieġeb għat-tħassib tagħhom bħala ċittadini, konsumaturi u ħaddiema.

Din is-sena kienet karatterizzata mill-impatt tal-kriżi finanzjarja. L-UE ħadmet qatigħ biex tillimita r-riperkussjonijiet fl-Ewropa, permezz ta' pjan ta' rkupru maħsub biex iħares ix-xogħol u t-tfaddil.

Ittieħdu wkoll bosta miżuri biex jipproteġu lill-konsumaturi. Ngħidu aħna, issa hu ferm irħas biex tibgħat SMS, iċċempel jew tirċievi telefonata fuq il-mowbajl meta tkun f'pajjiż Ewropew ieħor.

L-UE għamlet inkjesta kbira biex jiġu eżaminati s-siti tal-bejgħ minn fuq l-internet ta' prodotti elettroniċi u ta' biljetti tal-ajru u biex iġġegħelhom jirrispettaw id-drittijiet tal-konsumaturi. Pereżempju, meta tkun qed tixtri biljett tal-ajru, dawn is-siti jridu jindikaw l-ispejjeż addizzjonali, bħall-ispejjeż marbuta mal-kard tal-kreditu, mill-bidu tat-tranżazzjoni, u ma jistgħu fl-ebda każ iżidu mal-prezz tar-riżerva.

L-Unjoni hi attiva wkoll mil-lat ekoloġiku. Ġew implimentati regoli ġodda li jillimitaw l-emissjonjiet tal-irwejjaħ li jagħmlu ħsara mill-pompi tal-petrol u li jirregolaw l-użu tal-pestiċidi.

Barra minn hekk, l-UE hi fuq quddiem fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. B'hekk, ġew adottati diversi miżuri biex jiġi limitat il-konsum tal-enerġija tal-prodotti ta' kuljum, bħall-bozoz bil-filament, li bil-mod il-mod se jeħdulhom posthom il-bozoz b'konsum baxx. Dawn il-miżuri għandhom jippermettu li jnaqqsu bi 12% l-konsum annwali tal-elettriku fl-UE sal-2020.

Kienu bosta l-azzjonijiet tal-UE fil-qasam tas-solidarjetà. B'mod partikolari, l-UE tat 500 miljun ewro f'għajnuna lill-Italja biex tgħin lir-reġjun tal-Abruzzo, milqut minn terremot f'April 2009. Fl-aħħar nett, l-UE hi l-ikbar donatur dinji tal-għajnuna għall-iżvilupp, biex tiġġieled attivament kontra l-faqar u l-ġuħ fid-dinja.

L-Ewropa u int fl-2009

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli