Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-pubbliku mitlub jgħin jiddisinnja l-inizjattiva l-ġdida għaċ-ċittadini - 11/11/2009

Kotba bil-firem fuq it-Trattat ta' Liżbona ©EC

L-Ewropej dalwaqt se jkollhom mod ġdid biex jitolbu lill-Kummissjoni taġixxi fuq kwistjonijiet li jikkonċernawhom. Iżda kif se taħdem fil-prattika din l-inizjattiva l-ġdida għaċ-ċittadini?

L-"inizjattiva għaċ-ċittadini" hi waħda mill-bosta tibdiliet introdotti fit-Trattat ta' Liżbona, li se jidħol fis-seħħ fi ftit ġimgħat. L-inizjattiva hi maħsuba biex tagħmel lill-Unjoni iktar demokratika billi tagħti liċ-ċittadini vuċi iktar diretta fil-politiki tal-UE.

Iċ-ċittadini tal-UE diġà jistgħu jagħmlu petizzjoni lill-parlament u jivvutaw fl-elezzjonijiet parlamentari. Iżda għad m'hemm l-ebda proċedura formali għall-parteċipazzjoni diretta fit-tfassil tal-politika mill-fergħa eżekuttiva tal-UE - il-Kummissjoni Ewropea.

Xi aspetti tal-inizjattiva għaċ-ċittadini għad iridu jiġu stabbiliti, u l-kummissjoni qed tniedi konsultazzjoni pubblika English biex tieħu rispons miċ-ċittadini qabel ma tiffinalizza l-arranġamenti.

It-trattat jagħti l-opportunità liċ-ċittadini biex jitolbu lill-kummissjoni tressaq proposti għal azzjoni f'oqsma fejn l-UE għandha s-setgħa li taġixxi. Jispeċifika li tal-anqas miljun ċittadin minn numru "sinifikanti" ta' pajjiżi għandhom jiffirmaw il-petizzjoni. Iżda jħalli numru ta' mistoqsijiet prattiċi miftuħa.

Ngħidu aħna, kemm il-pajjiż jikkostittwixxi "numru sinifikanti"? Kemm il-firma għandha tiġi minn kull wieħed minn dawn il-pajjiżi? X'inhi l-età minima għall-parteċipanti u min se jivverifika l-firem?

Bit-tnedija tal-konsultazzjoni pubblika, il-kummissarju Margot Wallström qalet li dan l-istrument demokratiku ġdid għandu jkun "aċċessibbli, trasparenti u faċli li jintuża".

Jekk int interessat tipparteċipa, tista' ssib aktar tagħrif billi taqra d-dokument reċenti tal-kummissjoni DeutschEnglishfrançais dwar l-inizjattiva.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli