Mogħdija tan-navigazzjoni

Lura għall-kaxxa tal-voti - 19/06/2009

Il-mexxejja madwar mejda fis-samit ©EC

It-Trattat ta' Liżbona u s-superviżjoni finanzjarja jiddominaw id-dibattitu fis-samit tal-UE.

Il-mexxejja tal-UE taw lill-Irlanda garanziji legali dwar is-sovranità nazzjonali, biex iwittu t-triq għat-tieni votazzjoni Irlandiża dwar it-Trattat ta' Liżbona.

Fl-ewwel laqgħa tagħhom wara l-elezzjonijiet Ewropej fil-bidu ta' Ġunju, il-kapijiet tal-UE innominaw lill-President Barroso DeutschEnglishfrançaisportuguês biex imexxi l-Kummissjoni għat-tieni mandat u qablu dwar is-superviżjoni tal-industrija finanzjarja fil-livell tal-UE.

Fis-samit ġew diskussi l-isforzi dwar l-irkupru finanzjarju, it-tħejjija tal-konferenza internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima f'Kopenħagen u l-immigrazzjoni illegali.

L-UE reġgħet ġedded it-talba tagħha biex tinħeles il-kap tal-oppożizzjoni tal-Myanmar, Aung San Suu Kyi, li qattgħet għeluq l-64 sena tagħha f'detenzjoni.

L-Irlanda kisbet garanziji legali vinkolanti li t-trattat mhux se jikkomprometti n-newtralità militari jew jillimita d-dritt tagħha li tistabbilixxi taxxi u politiki dwar kwistjonijiet etiċi bħall-abort. Dawn kienu l-kwistjonijiet li wasslu biex l-Irlandiżi vvutaw kontra t-trattat fir-referendum tas-Sajf li għadda. L-Irlanda talbet dwan il-garanziji biex tagħmel it-tieni referendum fil-Ħarifa.

It-Trattat ta' Liżbona hu mfassal biex jiffaċilita t-teħid tad-deċiżjonijiet, li sar iktar diffiċli mit-tkabbir tal-UE. Is-27 pajjiż membru kollha jridu japprovaw it-trattat biex dan jidħol fis-seħħ.

Rigward is-superviżjoni finanzjarja, il-mexxejja tal-UE qablu li jistabbilixxu sistema Ewropea biex tiġi evitata kriżi ekonomika globali oħra. Din tinvolvi żewġ entitajiet ġodda: waħda biex tidentifika t-theddid għall-istabbiltà finanzjarja fis-sistema kollha u l-oħra biex tiżgura s-solidità finanzjarja fil-livell tal-impriżi individwali.

Fis-samit ġiet approvata wkoll proposta biex fi żmien qasir isiru disponibbli €19-il biljun f'fondi tal-UE biex jonqos il-qgħad. Il-mexxejja qalu li l-isforzi tal-irkupru finanzjarju qed iħallu effett iżda jaf ikun hemm bżonn ta' iktar miżuri biex jgħinu lis-settur finanzjarju.

Dwar it-tibdil fil-klima, il-mexxejja qablu li l-pajjiżi kollha ħlief l-ifqar pajjiżi għandhom jgħinu jiffinanzjaw il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Is-samit sejjaħ għal iktar sforzi fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali, inklużi kontrolli iktar stretti tal-fruntieri.

Il-President Barroso aġġorna lill-mexxejja dwar l-isforzi tiegħu biex tiġi evitata kriżi oħra tal-provvista tal-gass mir-Russja, waqt li żied jgħid li m'aħniex il-bogħod minn kriżi oħra.

 

Il-konklużjonijiet tas-samit

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli