Mogħdija tan-navigazzjoni

Jiġi elett il-Parlament Ewropew ġdid. - 08/06/2009

L-MEPs isegwu r-riżultati tal-elezzjonijiet deħlin © EC

Sfidi fil-ġejjieni: il-kriżi finanzjarja u ekonomika, it-Trattat ta' Liżbona u t-tibdil fil-klima.

Il-grupp konservattiv il-Partit Popolari Ewropew, żamm il-pożizzjoni tiegħu bħala l-akbar grupp fil-Parlament Ewropew. Ir-riżultati tal-elezzjonijiet li seħħew bejn l-4 u s-7 ta' Ġunju juru li l-partiti taċ-ċentru lemin għamlu kisbiet sinifikanti f'uħud mill-akbar pajjiżi tal-UE, li jinkludu Franza, l-Italja, Spanja u l-Polonja.

Il-grupp soċjalista ddgħajjef iżda spiċċa 'l quddiem sew mid-Demokratiċi Liberali biex żamm it-tieni post. Din id-darba, il-Ħodor kisbu siġġijiet ġodda biex naqqsu d-distakk mid-Demokratiċi Liberali.

Is-736 membru parlamentari se jikkontribwixxu fit-tfassil tal-Kummissjoni Ewropea li jmiss u jekk it-Trattat ta' Liżbona jgħaddix minn referendum ieħor fl-Irlanda din is-sena kif ukoll dwar ir-rwoli l-ġodda tal-President tal-UE u l-kap tal-UE għall-politika tal-affarijiet barranin.

L-MEPs se jagħtu daqqa t'id fin-negozjati għal ftehim internazzjonali dwar it-tisħin globali. Kwistjonijiet oħra li huma mistennija li jitressqu quddiem il-parlament fix-xhur li jmiss jinkludu regolament finanzjarju ġdid għall-prevenzjoni ta' kriżi oħra.

Madwar 388 miljun persuna kienu eleġibbli biex jivvutaw fl-elezzjonijiet. 44% ta' dawk eleġibbli vvutaw, inqas mill-elezzjonijiet preċedenti.

Il-President Barroso rringrazzja lill-votanti li esprimew ix-xewqa tagħhom dwar il-ġejjieni tal-politika tal-UE. Hu qal li "b'mod ġenerali, ir-riżultati huma rebħa ċerta għal dawk il-partiti u l-kandidati li jappoġġjaw il-proġett Ewropew u jixtiequ jaraw lill-Unjoni Ewropea twassal soluzzjonijiet politiċi għat-tħassib ta' kuljum".

 

Elezzjonijiet Ewropej 2009 - riżultati dettaljati

Il-Parlament Ewropew: l-isfidi quddiemna

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli