Mogħdija tan-navigazzjoni

L-Elezzjonijiet Ewropej: 500 miljun ċittadini involuti - 02/06/2009

Powster tal-elezzjoni © EC

Bejn l-4 u s-7 ta' Ġunju, 375 miljun ċittadin minn 27 pajjiż se jiddeċiedu l-ġejjieni tal-Ewropa. Diversi sorsi tal-informazzjoni qegħdin disponibbli biex jagħuthom daqqa t'id biex jagħmlu l-għażla tagħhom.

L-elezzjonijiet Ewropej, li se jseħħu bejn l-4 u s-7 ta' Ġunju se jiddeterminaw il-ġejjieni ta' madwar 500 miljun ċiittadin Ewropew għall-ħames snin li jmiss.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, José Manuel Barroso, sejjah lic-cittadini biex matul dawn l-elezzjonijiet jippartecipaw bis-shih bl-ghan li jsemmghu lehinhom. Id-diskors tieghu huwa disponibbli fuq filmat blog DeutschEnglishfrançaisportuguês.

L-elezzjonijiet huma importanti ħafna. Il-Membri tal-Parlament Ewropew li se jiġu eletti matul din il-ġimgħa se jkunu huma li jiddeċiedu kwistjonijiet importanti bħal per eżempju l-provvista tal-enerġija, kontrolli aktar stretti tas-swieq finanzjarji jew għajnuna lejn il-ħaddiema biex isibu bilanċ bejn il-familja u l-ħajja professjonali.

Il-Parlament għandu rwol essenzjali li jikkonċerna t-tfassil tat-testi leġiżlattivi u l-kontroll tal-istituzzjonijiet. Il-Membri Parlamentari Ewropej jirrappreżentaw liċ-ċittadini.

Jeżistu diversi sorsi tal-informazzjoni biex jgħinu liċ-ċittadini jagħmlu d-deċiżjoni tagħhom: is-sit web tal-Parlament Ewropew jagħti lista tal-kandidati kollha, skont il-pajjiż, kif ukoll mis-sit web Europarltv fejn issib filmati tar-reklami għall-kampanja elettorali. Barra minn hekk, ta' kuljum, is-siti web ta' netwerks soċjali differenti qed jagħtu aktar tagħrif dwar l-elezzjonijiet Ewropej.

Ir-riżultati se jitħabbru l-Ħadd 7 ta' Ġunju wara l-10 ta' filgħaxija, b'xandira diretta mill-bini tal-Parlament Ewropew fi Brussell.

Jidher li kollox jinsab lest għall-votazzjonijiet - id-deċiżjoni tinsab f'idejn iċ-ċittadini. Bejn l-4 u s-7 ta' Ġunju, oħorġ ivvota biex tibni l-ġejjieni tal-Ewropa.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli