Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-kreattività hija essenzjali għal ekonomija f'saħħitha - 26/03/2009

Ċrieki b'kuluri primarji jduru f'bitħa qadima © WALD Press, fotografu: Radka Dubanska

Bis-sena Ewropea għall-kreattività u l-innovazzjoni għaddejja ġmielha, personalitajiet ewlenin iwissu kontra t-tnaqqis fir-riċerka u l-iżvilupp minħabba l-kriżi.

L-importanza tal-kreattività u l-innovazzjoni għall-iżvilupp personali, soċjali u ekonomiku hija l-enfasi tas-sena Ewropea English 2009.

Grupp diversifikat ta' personaġġi prominenti inħatru bħala ambaxxaturi English tas-sena u ingħataw ix-xogħol li jqajmu l-għarfien. Dawn jinkludu korjografisti, professuri, artisti, arkitetti, xjenzati u CEOs ta' negozji kbar.

Waqt l-ewwel laqgħa tagħhom f'Jannar, l-ambaxxaturi wissew li jkun żball fundamentali jekk jitnaqqas l-infiq fuq ir-riċerka u l-iżvilupp minħabba l-kriżi attwali. Il-Finlandja għelbet riċessjoni fil-bidu tas-snin 90 billi żiedet l-investiment fir-R&D u billi żammet l-infiq għall-edukazzjoni stabbli.

Qed issir serje ta' sitt dibattiti English fi Brussell dwar kwistjonijiet ewlenin madwar il-kreattività u l-innovazzjoni. Dibattitu riċenti ddiskuta l-ideat għall-ħolqien ta' ambjent fejn il-kreattività u l-innovazzjoni jistgħu jitkattru, filwaqt li dak li jmiss se jiddiskuti l-ġejjieni tal-edukazzjoni fl-Ewropa.

Iżda s-sena Ewropea mhux għal paroli biss tiġi. Fi Brussell, il-wirja vjaġġanti Orbis Pictus English tal-artist Ċek Petr Nikl tiftaħ il-ġimgħa d-dieħla. L-intenzjoni hi li toħloq mod ta' komunikazzjoni li jgħaqqad in-nazzjonalità, il-klassi soċjali u r-reliġjon permezz ta' strumenti mużikali maħluqin apposta.

U diġà għaddej ix-xogħol biex jinħoloq manifest għall-kreattività u l-innovazzjoni fl-Ewropa English li għandu jispira aktar attivitajiet aktar tard matul is-sena.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli