Mogħdija tan-navigazzjoni

L-ombudsman Ewropew għalik - 16/03/2009

Nikiforos Diamandouros, l-ombudsman Ewropew © EC

Sit web ġdid jiżgura li l-ilment tiegħek jasal aktar malajr għand l-awtorità li suppost.

Jekk tħoss li l-istituzzjonijiet Ewropej żbaljaw jew ma żammewx mar-regoli, tista' tistaqsi biex l-ombudsman Ewropew jagħmel investigazzjoni.

L-ombudsman - uffiċjal tal-ilmenti - jista' jinvestiga allegazzjonijiet dwar injustizja, diskriminazzjoni, abbuż ta' setgħa, żamma ta' tagħrif, dewmien bla bżonn jew nuqqas ta' proċedura tajba.

Normalment, l-ombudsman isib soluzzjoni li tkun aċċettabbli għaż-żewġ partijiet. Iżda jekk l-istituzzjoni tal-UE akkużata ma taċċettax ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu, jista' jirrapporta l-każ lill-Parlament Ewropew, li jista' jibda azzjoni politika jekk ikun hemm bżonn.

Kwart biss mit-3,000 ilment li jidħlu kull sena jaqgħu fl-awtorità tal-ombudsman. L-oħrajn iridu jmorru għand entitajiet nazzjonali jew reġjonali. Sit interattiv ġdid għandu jiggwida l-ilmenti lejn l-awtorità li suppost. Dan jevita l-ħela ta' ħin u ta' flus apparti mid-diżappunt ta' lment mhux aċċettat.

L-ombudsman għen isolvi bosta kwistjonijiet. Per eżempju, intervjena f'każ riċenti li kien jinvolvi applikazzjoni rifjutata għal taħriġ intern fil-Kummissjoni. Portugiża lmentat li l-applikazzjoni tagħha ġiet irrifjutata b'mod inġust, peress li l-esperjenza ta' xogħol tagħha damet inqas minn sitt ġimgħat kif stipulat fir-regoli tal-applikanti. Wara rikjesta mill-ombudsman, il-Kummissjoni ċċarat li esperjenza ta' xogħol ta' inqas minn xahar ma kienx hemm bżonn li tiġi ddikkjarati u b'hekk aċċettat l-applikazzjoni.

L-ombudsman jiġi elett mill-Parlament Ewropew għal ħames snin li jiġġeddu - bħalissa huwa Nikiforos Diamandouros li għandu din il-kariga. Huwa jifforma parti min-Netwerk Ewropew tal-ombudsmen, li tkopri 31 pajjiż Ewropew.

Aktar tagħrif dwar l-ombudsman Ewropew

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli