Mogħdija tan-navigazzjoni

Karriera fl-istituzzjonijiet tal-UE - 05/03/2009

Map of Europe super-imposed over a crowd of people ©EC

Jibda tibdil mill-qiegħ tal-proċess ta' selezzjoni għas-servizz ċivili.

Interessat/a taħdem mal-Unjoni Ewropea? Qabel timla l-applikazzjoni, għandek imnejn tixtieq tipprova wieħed mit-testijiet ta' prova offruti mill-EPSO (L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal).

Dawn it-testijiet tista' ssibhom fuq is-sit web ġdid ta' EPSO DeutschEnglishfrançais, flimkien ma' formola ssimplifikata tal-applikazzjoni u aċċess għal għajnuna onlajn. Disponibbli wkoll għall-ewwel darba - avviżi dwar kompetizzjonijiet futuri u kollox bi 23 ilsien uffiċjali tal-UE.

It-tiġdid tas-sit huwa l-ewwel pass fi sforz enormi biex jidbiddlu l-metodi tar-reklutaġġ tal-UE. L-EPSO qed jispera li dawn it-tibdiliet se jħeffu l-proċess ta' applikazzjoni u selezzjoni u jinkludu kandidati b'aktar ħiliet u esperjenza.

Kull sena għexieren ta' eluf japplikaw għal pożizzjoni fis-servizz ċivili Ewropew. Dawn jinkludu interpreti, tradutturi, avukati, segretarji u amministraturi. Il-proċess huwa wieħed iebes li jibda b'baraxx ta' eżamijiet u jista' jieħu sena jew sentejn. Dan jista' jiskoraġixxi lill-kandidati u jservi ta' żvantaġġ għall-istituzzjonijiet tal-UE meta jkunu jridu jimpjegaw in-nies.

"Nafu li hemm kompetizzjoni iebsa għall-aqwa u l-aħjar, u għalhekk aħna determinati nħeffu, nissimplifikaw u niffokaw l-isforzi tagħna biex niġbdu u nagħżlu n-nies," spjega d-direttur tal-EPSO, David Bearfield.

L-eżamijiet għas-selezzjoni bħalissa qed jiġu mfassla mill-ġdid. Mill-2010, se jkun anqas importanti għall-kandidati li joqgħodu jitgħallmu bl-amment ruxmata fatti u ċifri ġenerali dwar l-istorja tal-UE, u minflok ikun jiswielhom iktar li jagħtu xhieda tal-kompetenzi u l-esperjenzi tagħhom. L-iskeda tal-konkorsi se tidbiddel u titqassar sabiex isiru kull sena. U se tiqsar ukoll għal bejn 5 u 9 xhur.

Skopri l-karrieri tal-UE

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli