Mogħdija tan-navigazzjoni

Immaġinazzjoni, kreazzjoni, innovazzjoni - 02/03/2009

Logo: kreattività u innovazzjoni - Sena Ewropea 2009 © KE

Għoxrin proġett esposti fi Brussell juru kemm l-Unjoni Ewropea tippromwovi l-kreattività u l-innovazzjoni.

Video games li jedukaw liż-żgħażagħ dwar id-drittijiet tal-bniedem, pakketti ta' taħriġ tal-lingwi għax-xufiera, tradizzjonijiet kulinari mħeġġa bis-saħħa tat-turiżmu, l-arti bħala strument tal-iżvilupp ekonomiku u tal-integrazzjoni soċjali...tant eżempji ta' kreattività u innovazzjoni li jmissu kemm mal-edukazzjoni, il-kultura, iċ-ċittadinanza, l-integrazzjoni soċjali kif ukoll mal-iżvilupp lokali.

Dawn l-azzjonijiet kollha ġew iffinanzjati mill-fondi u l-programmi Ewropej u jwieġbu għall-ħtiġijiet konkreti tal-kategoriji kollha tal-popolazzjoni: intraprendituri, individwi, persuni f'sitwazzjoni ta' esklużjoni soċjali, studenti...

L-għoxrin proġett se jkunu ppreżentati matul konferenza Ewropea organizzata fi Brussell fit-2 u t-3 ta' Marzu 2009. Il-parteċipanti mis-27 Stat Membru se jiddefinixxu l-metodi l-iktar effikaċi biex jiġu sfruttati r-riżultati miksuba u jinfirxu l-prattiki tajba fl-Unjoni kollha.

Fl-istess spirtu, il-Kummissjoni nediet il-pjattaforma elettronika Englishfrançais ġdida EVE Englishfrançais: li se tiġbor l-informazzjoni dwar il-proġetti edukattivi u kulturali appoġġjati mill-Unjoni Ewropea f'format interattiv u multlingwi.

L-2009 intgħażlet bħala s-Sena Ewropea tal-kreattività u l-innovazzjoni English. Lilhinn mill-bosta attivitajiet u avvenimenti English għal din l-okkażjoni, l-Unjoni Ewropea se tappoġġja strateġija fit-tul: soċjetà tal-għarfien imsejsa fuq it-tagħlim tul il-ħajja biex tkun żgurata l-prosperità sostenibbli tal-Ewropa u l-benessri tal-abitanti tagħha.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli