Mogħdija tan-navigazzjoni

Ir-Repubblika Ċeka fuq it-tmun tal-UE - 05/01/2009

Għall-ewwel darba mess li l-Presidenza tal-UE, li tinbidel kull sitt xhur, tgħaddi f'idejn ir-Repubblika Ċeka.

Hekk kif ngħaddietilhom il-Presidenza fl-1 ta' Jannar, iċ-Ċeki minnufih indirizzaw il-kunflitt li kull ma jmur qed ikompli jiggrava fl-Istrixxa ta' Gaża kkontrollata mill-Ħamas. Il-ministru tal-affarijiet barranin Ċek mexxa missjoni tal-UE fil-Lvant Nofsani češtinaEnglishfrançais bil-għan li jipprova jsawwar xi arranġament paċifiku bejn l-Iżrael u l-Ħamas.

Il-gvern Ċek għamel ukoll pressjoni fuq ir-Russja u l-Ukrajina sabiex dawn isolvu t-tilwima tagħhom fuq il-gass naturali li feġġet ftit jiem biss qabel ma tnediet il-Presidenza Ċeka. L-UE se tkompli tissorvelja s-sitwazzjoni, li taf tolqot il-forniment tal-enerġija fl-Ewropa kollha.

Iċ-Ċeki, li ssieħbu fl-UE fl-2004, qed jieħdu f'idejhom il-Presidenza češtinaEnglishfrançais ta' sitt xhur f'mument diffiċli għall-Ewropa. Fost l-akbar ħidmiet tagħhom, iridu jissorveljaw l-implimentazzjoni ta' pakkett ta' stimolu fiskali ta' €200bn li ġie approvat mill-mexxejja tal-UE taħt il-Presidenza Franċiża fit-tieni nofs tal-2008.

Fil-programm tagħha għall-Presidenza, ir-Repubblika Ċeka tfisser kif se tindirizza l-problemi ekonomiċi tal-UE billi żżid il-kompetittività u tqawwi l-kunfidenza fost il-konsumaturi u s-sidien tan-negozji ż-żgħar.

Prijorità oħra hija l-politika dwar l-enerġija, li fi kliem il-Prim Ministru Mirek Topolánek tikkonsisti fis-"sejbien ta' bilanċ bejn id-domandi ambjentali u l-ħarsien tal-kompetittività u s-sigurtà tal-enerġija fl-Ewropa". Matul is-sitt xhur li jmiss, is-Sur Topolánek għandu l-għan li jgħafas sabiex jitkompla d-dibattitu dwar id-diversifikazzjoni tal-għejjun tal-enerġija u dwar netwerks tal-enerġija ġodda.

Din il-Presidenza se taħbat mal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew. Ir-Repubblika Ċeka trid ukoll tibda taħtar Kummissjoni ġdida, li tniedi ħidmietha hekk kif jiġi inawgurat il-Parlament il-ġdid.

Ir-Repubblika Ċeka, tul il-Presidenza tagħha, trid tenfasizza wkoll ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Istati Uniti. Is-Sur Topolánek iqis dan bħala essenzjali għall-kooperazzjoni ekonomika u s-sigurtà tal-Ewropa.

Il-programm ta' ħidma Ċek isemmi wkoll bħala prijorità t-tqarrib tal-Balkani tal-Punent lejn l-UE - u dan il-pajjiż se jospita samit bejn l-UE u l-Balkani qabel jidħol is-sajf.

"Ewropa bla ostakli" huwa l-motto tal-Presidenza. Iċ-Ċeki qed jittamaw li l-ħelsien mill-ostakli għall-moviment ħieles tal-oġġetti, il-flus, il-ħaddiema u s-servizzi se jagħmilha possibbbli għall-Ewropa li tkun b'saħħitha hekk kif tħabbat wiċċha mal-kompetizzjoni ekonomika globali.

Il-websajt tal-Presidenza Ċeka češtinaEnglishfrançais.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli