Mogħdija tan-navigazzjoni

Soluzzjonijiet kreattivi - 24/12/2008

Logo tas-sena Ewropea tal-Kreattività u l-Innovazzjoni © EC

L-2009 hija s-sena Ewropea tal-Kreattività u l-Innovazzjoni.

Kull sena, l-UE tagħżel tema għal kampanja sabiex tiġbed l-attenzjoni fuq kwistjoni speċifika. L-2009 se tkun iddedikata għall-kreattività u l-innovazzjoni. Matul is-sena se jiġu organizzati mijiet ta' konferenzi, proġetti u wirjiet madwar l-Ewropa. Kollha huma maħsuba biex iqajmu kuxjenza dwar il-ħtieġa ta' soluzzjonijiet immaġinattivi għall-isfidi tal-lum.

L-UE ilha li rrikonoxxiet li l-ħsieb kreattiv huwa l-bieb għas-suċċess fl-ekonomija globali. L-innovazzjoni tagħmel parti essenzjali kemm mill-pakkett tal-Kummissjoni għat-tibdil klimatiku u mill-pjan tagħha biex terġa' tpoġġi fuq saqajha lill-ekonomija tal-UE li bħalissa qed tesperjenza l-agħar reċessjoni f'dawn l-aħħar snin.

Għalkemm uffiċjalment is-sena tal-kreattività u l-innovazzjoni English tibda fis-7 ta' Jannar permezz ta' konferenza u gala fi Praga, diġà seħħ avveniment - kunċert b'strumenti maħluqa minn ħaxix frisk! Aktar tard matul is-sena, Brussell se tospita serje ta' dibatti dwar kif għandhom jitħeġġu ideat ġodda li jħallu impatt u kif tista' tgawdi minnhom is-soċjetà.

Illum il-ġurnata d-dinja tħabrek fuq innovazzjoni rapida. Hekk kif l-UE timxi lejn ekonomija bbażata fuq l-għarfien, din għandha tiżviluppa l-potenzjal tagħha għall-kreattività. B'mod partikolari, l-Ewropej għandhom jitgħalmu jħaddnu t-tibdil u jaċċettaw strateġiji differenti.

L-għalliema għandhom rwol importanti u diffiċli fl-istess waqt. Skont il-Kummissarju Ján Figeľ, kull ma jmur dawn għandhom jibbilanċjaw il-ħtiġijiet tal-edukazzjoni tradizzjonali mal-bżonn li nagħtu liż-żgħażagħ ħiliet "rotob" bħal sens ta' inizjattiva.

Il-kampanja se tgħin biex titfassal l-aġenda tal-UE għall-kooperazzjoni fuq l-edukazzjoni u l-kultura bejn il-pajjiżi membri tagħha. Se tikkontribwixxi wkoll fil-politika ta' oqsma oħra bħall-kummerċ u l-impjiegi.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli