Mogħdija tan-navigazzjoni

L-UE u int fl-2008 - 22/12/2008

Tifel b'xalla bl-istilel tal-Ewropa

Rendikont tal-miżuri li ħadet l-Unjoni Ewropea biex ittejjeb il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini tagħha.

Il-jum tant mistenni wasal. Il-familja kollha tinsab miġbura f'dar nadifa. Quddiem il-forn, il-missier, li sa fl-aħħar ħa vaganza, qed jagħmel ħiltu biex kollox ikun perfett. Waqt li l-borom qed itektku fuq in-nar, it-tfal mimlija kurżità qed jiftħu l-ġugarelli taħt il-ħarsa tenera tan-nanniet tagħhom li ġew lura minn Spanja.

Għalkemm inviżibbli, l-UE tinsab f'din l-istampa ta' familja hienja. Grazzi għal liġi ġdida dwar is-sostanzi kimiċi, il-prodotti tat-tindif huma iktar sikuri għal min jużahom u għall-ambjent; l-ingredjenti fl-ikel intgħażlu bir-reqqa permezz ta' tikkettar adattat iktar u t-tfal jistgħu jieħdu pjaċir mingħajr perikli, għax l-UE tipprojbixxi l-ġugarelli perikolużi. Iżda l-azzjoni tal-Unjoni ma tieqafx hemm. Issa l-ħaddiema temporanji jgawdu minn vaganzi mħallsa, bħall-persunal permanenti, u l-persuni b'mobilità mnaqqsa li jivjaġġaw bl-ajruplan għandhom dritt għall-istess kundizzjonijiet ta' kumdità daqs il-persuni validi.

Fis-salott, fuq it-televixin, li jibqa' mixgħul, hemm l-aħbarijiet. Kriżi finanzjarja, kunflitti, diżastri naturali, tibdil fil-klima: f'din is-sena 2008, l-UE kienet preżenti f'kull qasam tal-attwalità.

Għalhekk hija għenet lill-vittmi tad-diżastri umanitarji u bagħtet osservaturi biex isegwu t-tħaddim tajjeb tal-elezzjonijiet jew il-proċess tal-paċi fil-Ġeorġja Englishfrançais.

F'dawn l-aħħar xhur, l-istituzzjonijiet Ewropej ħadmu qatigħ mal-Istati Membri biex isibu soluzzjonijiet koordinati għall-kriżi finanzjarja DeutschEnglishfrançaisportuguês. F'din l-okkażjoni, l-ewro, daqs qatt qabel, tat prova tar-rwol tagħha bħala stabbilizatur. F'Novembru, il-Kummissjoni pproponiet pjan ta' tiġdid tal-ekonomija b'200 biljun ewro, biex tipproteġi l-ħaddiema, il-familji u l-impriżi.

Dan il-pjan jipproponi partikolrment li jissaħħu l-investimenti fit-teknoloġiji ekoloġiċi, (fis-settur tal-enerġija, tat-trasport, tal-kostruzzjoni, eċċ.) biex jgħin il-pożizzjoni tal-Ewropa fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima DeutschEnglishespañolfrançaisitalianopolski.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli