Mogħdija tan-navigazzjoni

L-UE u int—niċċaraw l-affarijiet - 21/08/2008

Ġurnalisti b'kameras tat-televiżjoni, jattendu konferenza tal-aħbarijiet fil-bini tal-Kummissjoni Berlaymont.

Jekk xi titoli ta' l-aħbarijiet prinċipali dwar l-UE jidhru xi ftit jew wisq strambi biex ikunu reali, aktarx dan ikun tassew minnu – aktarx ikunu finzjoni milli fatti.

"Fl-UE hemm min jiddeffes u daħħal projbizzjoni bil-moħbi fuq il-miżuri tal-art storika." “Brussell issikket qalb l-Iskozja." “L-UE trid timplimenta limiti tal-veloċità fit-toroq Ġermaniżi."

Ta' kuljum jinkitbu volumi sħaħ dwar l-inizjattivi tal-UE. Bosta mir-rapporti tax-xandir huma sforzi onesti biex jinfurmaw iżda hemm xi eċċezzjonijiet Englishfrançais. Ta' spiss dawn jiksbu aktar attenzjoni minħabba li jitkellmu dwar il-biża relatata mal-poteri tal-Ewrokratiċi fi Brussell. Dawn jirriżultaw f'artikli divertenti iżda fl-istess waqt jagħtu informazzjoni qarrieqa.

F'Ġunju, għadd ta' gazzetti Brittanniċi rrappurtaw li l-UE kienet qed telimina l-acre, unità tal-kejl użata fil-pajjiżi li jitkellmu bl-Ingliż. Fil-verità, din il-bidla sempliċiment tirrifletti l-prattika attwali.

Matul l-aħħar 20 sena, uffiċjali tar-Renju Unit abbandunaw l-użu tal-acre għall-ettaru, l-unità metrika użata madwar l-Ewropa. Issa l-gvern sar juża l-ettari (ekwivalenti għal 2.47 acres) meta jikkomunika mal-bdiewa u jirreġistra l-art. Sidien privati xorta waħda għadhom jistgħu jużaw l-acres biex jiddeskrivu l-proprjetà tagħhom iżda jridu jagħtu l-kejl ekwivalenti f'ettari.

Ir-rapporti naqsu wkoll li jsemmu li t-tibdil kien parti minn proposta tal-UE biex jippermetti lir-Renju Unit iżomm unitajiet mhux metriċi oħra, bħall-mil u l-pinta li ma jwasslux għal problemi fin-negozju.

F'rapport ieħor li kellu twissija falza, The Sunday Times ħabbret li fl-20 ta' April il-mużiċisti tal-bagpipe se "jsikktuhom" taħt il-liġijiet il-ġodda tal-UE dwar is-saħħa u s-sigurtà. Biex niċċaraw is-sitwazzjoni, l-UE m'għandha l-ebda intenzjoni li ssikket il-mużiċisti tradizzjonali Skoċċiżi.

Li tixtieq tagħmel hu li tillimita l-esponiment għall-ħsejjes eċessivi li jikkawżaw telf ta' smigħ fost bosta mużiċisti tal-orkestra. Hemm bosta modi prattiċi li jagħmlu dan mingħajr ma l-mużiċisti jitwaqqfu milli jdoqqu. Xi orkestri jużaw earplugs speċjali u materjali jew biċċiet ta' apparat li jassorbu l-istorbju biex jinżamm baxx il-volum.

Fir-rigward il-limiti tal-veloċità fl-autobahns Ġermaniżi, l-UE m'għandha l-ebda pjanijiet, kontra dak li xehed rapport tal-Welt online tas-26 ta' Marzu. Is-servizz tal-aħbarijiet Ġermaniż ikkwota gruppi ambjentali li qalu li l-Kummissjoni se tadotta limiti qabel it-tmiem tal-2010 sabiex jitjiebu l-ħarsien klimatiku u s-sigurtà fuq it-toroq.

L-UE qed tfittex modi kif tnaqqas bin-nofs in-numru tal-imwiet fit-toroq sal-2010, iżda tassigura lis-sewwieqa li jħobbu jagħfsu l-gass li l-Kummissjoni m'għandha l-ebda awtorità li timponi l-limiti tal-veloċità la fil-Ġermanja u fl-ebda pajjiż ieħor.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli