Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-Kummissarji mill-qrib - 07/08/2008

Margot Wallström quddiem il-laptop tagħha

Il-blogs ma jipprovdux biss aċċess dirett għall-Kummissarji - imma juru wkoll lat aktar personali ta' dawn l-uffiċjali għolja ta' l-UE.

Margot Wallström spiċċat tibki malli semgħet bis-salvataġġ ta’ Ingrid Betancourt mill-ġungla Kolombjana. Meta Janez Potočnik kien għadu l-iskola, ma tantx kien jaħseb wisq dwar il-politika. Vladimír Špidla iħobb ħafna l-futbol.

Bħall-uffiċjali governattivi madwar id-dinja kollha, il-Kummissarji tal-UE xi kultant jiġu akkużati li huma burokratiċi bla wiċċ. Imma l-blogs English tagħhom – sitta s’issa, bil-Kummissarji Dimas, Fischer Boel u Piebalgs li jibbloggjaw regolarment ukoll - juru lat ieħor.

Fl-aktar kitba riċenti tagħha, Wallström, il-Kummissarju għall-Komunikazzjoni English tfaħħar lil  Bronislaw Geremek dissident anti-komunist, li miet f’Lulju f’inċident bil-karozza. Hija turi l-kuntrast mal-eks president Serb Bosnijaku Radovan Karadzic, li ġie arrestat dan l-aħħar fuq suspetti ta' krimini tal-gwerra.

“Dawn l-irġiel it-tnejn kellhom sehem enormi fit-tibdil tal-pajjiżi li għexu fihom u l-azzjonijiet tagħhom affettwaw il-ħajjiet ta’ miljuni ta’ persuni. Imma b'modi radikalment differenti."

F’dak li kitbet f’Lulju, Wallström ferħet bl-aħbar tas-salvataġġ ta’ Betancourt wara aktar minn sitt snin ostaġġ. “Ikolli nammetti li kelli d-dmugħ f’għajnejja meta rajt kemm tkellmu tajjeb iben u oħt Betancourt waqt il-konferenza stampa dal-lejl,” kitbet hi.

Potočnik, il-Kummissarju għax-xjenza English, dan l-aħħar żar l-iskola fejn kien imur hu fis-Slovenja biex jitkellem dwar xogħlu fi Brussell. Kiteb hekk: “Iż-żjara fl-iskola tiegħi ġabitli ħafna memorji. "“Meta kont l-iskola qatt ma ħsibt fil-politika, l-Unjoni Ewropea, u affarijiet hekk. Kont aktar interessat fit-tfajliet u l-isport - jew bil-kontra.”

Špidla, il-Kummissarju għall-impjiegi češtinaDeutschEnglishfrançais jikteb dwar l-isforzi biex itejjeb il-kundizzjonijiet għall-plejers professjonali tal-minor league, suġġett f’waqtu wara l-kampjonat Ewropew f’Ġunju. Iżda ma jħallix is-serjetà tas-suġġett taħbi l-entużjażmu li għandu għal dan l-isport. "L-aqwa plejers tal-Ewropa għaġbuna għal darb’oħra b’logħob spettakolari u goals indimentikabbli,”“Daqsxejn diffiċli ma tgħirx għal dawn l-irġiel.”

Il-blogs, li jagħtuk l-opportunità tħalli l-opinjoni tiegħek, huma mod wieħed fost ħafna li l-UE qed tipprova tilħaq lill-pubbliku. Sit web ġdid jippermetti lin-nies jiċċettjaw mal-Kummissarji ta' l-UE in diretta. L-UE għandha wkoll proċess ta' konsultazzjoni pubbliku DeutschdanskελληνικάEnglishespañolfrançaisitalianoportuguêsNederlandssuomisvenska formali li spiss tuża meta tkun qed taħseb biex tagħmel xi bidliet fil-politika tagħha.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli