Għodod għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni

Ir-rifjut ta' l-Iralnda għat-Trattat ta' Liżbona hija sfida ġdida għal Franza hekk kif tieħu t-tmexxija ta' l-affarijiet ta' l-UE
Il-bandiera ta' l-UE ittellgħet f'Pariġi u t-Torri Eiffel inxtgħel bil-kuluri ta' l-UE fl-ewwel ġurnata tal- Presidenza Franċiża ta' l-UE. ![]()
![]()
![]()
![]()
Il-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso ltaqa' mal-president Franċiż Nicolas Sarkozy f'Pariġi qabel iċ-ċerimonja li seħħet quddiem l-Arc de Triomphe.
Barroso ta merħba lit-tmexxija Franċiża. Dan qal "dak li neħtieġu l-aktar illum huwa l-kuraġġ politiku u s-sinċertà u Nicolas Sarkozy ma jonqos mill-ebda".
Franza ppjanat li tikkonċentra fuq erba' oqsma prinċipali wara li kisbet it-tmexxija mingħand is-Slovenja fl-1 ta' Lulju. Dawn l-oqsma huma l-enerġija u t-tibdil klimatiku, it-tfassil ta' patt dwar il-politika ta' migrazzjoni, is-sigurtà u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-agrikoltura.
Iżda l-vot le ta' l-Irlanda għat-Trattat ta' Liżbona li seħħ f'Ġunju jippreżenta sfida ġdida.Sarkozy mistenni jmur l-Iralnda f'Lulju sabiex jiddiskusti direttament mal-votanti.Matul is-samit tagħhom li sar f'Ġunju, il-mexxejja ta' l-UE ftehmu li jagħtu ċans lill-Irlanda tirrifletti u ssib soluzzjonijiet possibbli matul il-laqgħa li jmiss f'Ottubru.
Fil-qasam tat-tibdil klimatiku, Franza tixtieq tassigura li l-UE tmexxi l-isforzi globali u hija ħerqana li tikkonkludi pakkett ambizzjuż dwar l-effiċjenza ta' l-enerġija. Dan għandu jseħħ qabel taħdidiet internazzjonali s-sena d-dieħla dwar it-tnaqqis tat-tidbil klimatiku.
Franza qed tinsisti wkoll għal miżuri biex jitnaqqas l-impatt taż-żieda fil-prezzijiet taż-żejt u l-gass li wasslu għal protesti madwar l-UE.
Matul il-presidenza tagħha tispera li tara progress fuq politika komuni Ewropea dwar l-immigrazzjoni u l-kenn politiku.Sarkozy sejjaħ għal trażżin fl-immigrazzjoni illegali, żieda fl-aċċess legali għal ħaddiema ta' sengħa u kontrolli aktar effettivi fil-fruntieri esterni ta' l-UE.
Il-president Franċiż jixtieq ukoll jagħti spinta lill-abilità ta' l-UE biex tirreaġixxi għall-kriżijiet ta' sigurtà fl-Ewropa u lil hinn. B'mod partikolari jixtieq jiffoka fuq il-forzi ta' reazzjoni rapida, it-trasport militari bl-ajru u l-istrutturi ta' tmexxija għall-kriżijiet.
Peress li Franza hija wieħed mill-ikbar pajjiżi agrikoli ta' l-UE, se tiftaħ dibattitu dwar it-tibdil propost fil-politika agrikola komuni ![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
li jnaqqas l-appoġġ mogħti lill-bdiewa ta' l-UE.