Mogħdija tan-navigazzjoni

Open day ta' l-UE – ejja żurna - 04/06/2008

L-attivitajiet tat-tfal fil-Kummissjoni Ewropea

Is-Sibt, 7 ta' Ġunju, l-istituzzjonijiet ta' l-UE jiftħu l-bibien tagħhom għall-pubbliku biex jiskopri x'toffri l-Unjoni.

Tista' sempliċiment timxi qalb il-kurituri twal u tagħti lemħa fis-swali li jintużaw għal-laqgħat. Inkella tpoġġi fuq is-siġġu tal-President fil-kamra tal-laqgħat tal-Kummissjoni. Forsi tixtieq tiskopri x'tassew jagħmel il-persunal? Issa huwa ċ-ċans! Żur l-istituzzjonijiet ta' l-UE - tista' tinduna li fuq kollox ma jsarrfux f'liġijiet kumplikati u burokrazija biss.

L-open day, b'bosta attivitajiet għaż-żgħażagħ u l-anzjani, hija tradizzjoni popolati, li issa dħalt fit-13-il sena tagħha. L-attenzjoni se tintefa fuq il-kwartieri ġenerali tal-Kummissjoni, il-bini Berlaymont, li jinsab fil-qalba tad-distrett Ewropew fi Brussell. Huwa l-bażi għal eluf ta' ħaddiema taċ-ċivil Ewropej u 27 Kummissarju – kollha mill-pajjiżi ta' l-UE.

Il-persuni li jaħdmu għall-Kummissjoni se jkunu hemm biex jiggwidawk u jispjegawlek xogħolhom. Se jagħtuk eżempji konkreti dwar l-infiq tal-flus ta' l-UE DeutschEnglishfrançais u x'tip ta' riżultati jinkisbu.

Din is-sena nfakkru l-40 anniversarju mit-twaqqif ta' l-unjoni doganali DeutschEnglishespañolfrançaisitalianomagyarpolski , għalhekk l-uffiċċjali doganali minn diversi pajjiżi se jkunu fuq il-post b'avvinimet interattiv biex jispjegawlek xogħolhom fir-rigward il-qsim tal-fruntieri Ewropej.

Fuq barra tal-bini Berlaymont għandek issib attivitajiet għat-tfal. Se jkun hemm mużika u face-painting, farm ċkejken bl-annimali u dawriet biż-żwiemel b'karrettun, kif ukoll preżentazzjonijiet ta' teknoloġiji ġodda agrikoli danskDeutschελληνικάEnglishespañolfrançaisitalianoNederlandsportuguêssuomisvenska .

L-open day annwali timmira li tippromwovi aktar politika miftuħa DeutschEnglishfrançais billi turi liċ-ċittadini x'tagħmel l-UE, fejn u kif. Flimkien mal-Kummissjoni, istituzzjonijiet oħra fi Brussell se jkunu miftuħin ukoll. L-avvenimenti se jseħħu bejn l-10 ta' filgħodu u s-6 ta' filgħaxija.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli