Mogħdija tan-navigazzjoni

Tispikka d-diversità kulturali fil-festeġġamenti ta' għeluq snin l-UE - 09/05/2008

Il-festeġġamenti fl-okkażjoni ta' Jum l-Ewropa fi Sqallija

Films, kunċerti fl-apert, festivals fit-toroq, dibattiti, kompetizzjonijiet – xi ħaġa għandha tolqtok żgur nhar id-9 ta' Mejju, Jum l-Ewropa.

Jum l-Ewropa huwa ċċelebrat kull sena sabiex ifakkar id-dikjarazzjoni ta' Schuman tad-9 ta' Mejju 1950, li kienet l-ewwel pass lejn il-ħolqien ta' dik li llum hija l-Unjoni Ewropea .

L-attivitajiet li qed jittellgħu madwar l-Ewropa biex ifakkru dan il-Jum, jinkludu: lezzjonijiet tat-tisjir biex jiġu esplorati tipi ġodda ta' kif jissajjar l-ikel (Malta); films, bħal “Kif konna nobgħodu lil xulxin " (id-Danimarka), u parati fit-toroq (il-Polonja). Għalkemm differenti, dawn l-avvenimenti għandhom għan komuni – li jħeġġu l-komprensjoni reċiproka ta' xulxin.

Għal dawk li jħobbu l-kompetittività, se jkun hemm maratona (l-Italja), kompetizzjoni tal-ħdim tax-xalel tas-suf (l-Estonja), kompetizzjoni tad-disinji tal-kartolini (il-Finlandja), u kwizz tal-pubs Ewropej u kuntest tal-karaoke (ir-Renju Unit).

Xi wħud mill-attivitajiet għandhom ukoll xejra ambjentalista: dgħajsa magħmula mill-fliexken tal-plastik użati se tbaħħar mil-Litwanja fil-baħar Baltiku; fil-Portugall, l-iskejjel se jiddibattu l-enerġija u l-bidla fil-klima, u l-Iżvediżi se jistħarrġu kif imġibet il-konsumatur tista' ssir aktar kompatibbli ma' l-ambjent.

Inizjattiva oħra tad-9 ta' Mejju - Jum l-Ewropa fl-Iskejjel Englishespañolfrançaisitaliano – huwa ttamat li tqajjem l-għarfien tat-tfal u ż-żgħażagħ fir-rigward ta' l-isforzi ta' l-UE biex jiġu assistiti l-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli