Mogħdija tan-navigazzjoni

It-tkabbir ekonomiku ta' l-UE – kajman iżda flessibbli - 28/04/2008

Kolonni ta' ċifri fuq bar chart ikkulurita

It-tkabbir ekonomiku kajman u l-inflazzjoni għolja huma mistennija bħala riżultat tal-burraxka finanzjarja persistenti u t-tnaqqis ta' l-attività ekonomika globali.

It-tbassir ekonomiku tar-Rebbiegħa tal-Kummissjoni jixhed li t-tkabbir ekonomiku fl-UE naqas minn 2.8% fl-2007 għal 2.0% fl- 2008 u 1.8% fl- 2009. It-tendenza għaż-żona ewro se tkun simili, iżda ħarira inqas mil-livel tat-tkabbir (1.5% fl-2009).

Dan it-tkabbir b'ritmu kajman għandu jitqies fil-kuntest tat-tnaqqis ta' l-attività globali, bl-Istati Uniti fix-xifer ta' riċessjoni, l-instabilità kontinwa fis-swieq finanzjarji u ż-żieda fil-prezzijiet tal-prodotti. Madankollu, l-ekonomija ta' l-UE minkejja dawn il-problemi esterni għandha tippersisti relattivament tajjeb, bis-saħħa tas-sisien sodi.

Wara ż-żieda qawwija fil-prezzijiet ta' l-ikel u l-enerġija, l-inflazzjoni hi mistennija li din is-sena, għal żmien qasir tiżdied għal 3.6% (meta mqabbla ma' 2.4% fl-2007) qabel ma terġa' lura għal 2.4% fl-2009. Għal darb'oħra ż-żona ewro għandha issegwi din ix-xejra, minkejja f'livell xi 0.3pp. inqas.

Barra minn hekk, is-suq tax-xogħol mistenni li jintlaqat ukoll, iżda 3 miljun impjieg ġdid huma mistennija bejn l-2008 u l-2009 minbarra s-7.5 miljuni li ġew maħluqa fl-2006-2007. Din is-sena l-qgħad għandu jilħaq is-6.8% (7.2% fiż-żona ewro).

Wara bosta snin ta' konsolidazzjoni fiskali mill-gvernijiet ta' l-UE, id-defiċits tal-baġit mistennija li jiżdiedu globalment fil-perjodu ta' tbassir – għal 1.2% tal-PGD fl-UE u 1.0% fiż-żona ewro (fl-2008). Għall-2009, abbażi ta' preżunzjoni ta' l-ebda titbdil fil-politika, id-defiċit għandu kumplessivament jistabilizza ruħu.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli