Mogħdija tan-navigazzjoni

Is-soċjetà ċivili, pont bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet - 15/04/2008

Xena mill-film "Time of the Gypsies" ta' Emir Kusturica

Is-soċjetà ċivili tħares l-interessi taċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea.

L-organizzazzjonijiet mhux governattivi, l-imsieħba soċjali, l-assoċjazzjonijiet professjonali, l-organizzazzjonijiet ta' karità, l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, il-komunitajiet reliġjuzi u l-mezzi tax-xandir: is-soċjetà ċivili hija punt importanti fil-ħajja pubblika Ewropea. Din tiffavorixxi d-djalogu ma' l-istituzzjonijiet u l-parteċipazzjoniji attiva taċ-ċittadini fl-iżvilupp u d-dħul fis-seħħ tal-politiki ta' l-Unjoni Ewropea.

Il-bini ta' soċjetà ċivili dinamika, li huwa sinjal ta' demokrazija b'saħħitha. Dan jirrapreżenta wieħed mill-għanijiet ewlenin ta' l-istrateġija Ewropea għat-tkabbir . Qabel tmiem is-sena, il-Kummissjoni tippjana li toħloq strument ġdid li permezz tiegħu tkun tistà tikseb l-iżvilupp tas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi kandidati ta' l-UE.

Fis-17 u t-18 ta' April, se sseħħ laqgħa dwar l-iżvilupp tas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi tax-Xlokk ta' l-Ewropa li għaliha se jipparteċipaw il-partijiet interessati tas-soċjetà ċivili ta' l-Unjoni Ewropea u tal-pajjiżi kandidati. Hemm pjanati erba' laqgħat ta' ħidma sabiex jiddiskutu is-setturi li fihom is-soċjetà ċivili hi l-aktar attiva: it-tmexxija tajba u l-proċess ta' demokratizzazzjoni, id-drittijiet tal-bniedem, il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u l-iżvilupp, kif ukoll il-ħarsien ta' l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli.

Il-programm jinkludi laqgħat plenarji, sessjonijiet ta' informazzjoni allokati għall-iffinanzjar ta' l-attivitajiet tas-soċjetà ċivili u għal-"fiera ta' l-informazzjoni". Il-kultura tal-Balkani se tkun ukoll onorata permezz ta' kunċert mill-«Orkestra sinfonika Żgħażugħa» ta' Sarajevo l-Ħamis filgħaxija f'Brussell, kif ukoll, fil-ġimgħa ta' wara se jiġi organizzat festival taċ-ċinema tal-Balkani .

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli