Mogħdija tan-navigazzjoni

UE – fl-interess ta' kulħadd - 02/04/2008

Tliet żgħażagħ wara gazzetta

Konsultazzjoni aktar wiesgħa dwar id-direzzjoni li għandha tieħu l-Ewropa – djalogu kontinwu li jħeġġeġ il-parteċipazzjoni tal-pubbliku.

Ta' sikwit id-deċiżjonijiet li tieħu l-UE jaffettwawlna l-ħajja ta' kuljum – per eżempju, il-limitu fuq il-ħlas tar-roaming bil-mowbajl jew l-eko-tikketta Ewropea bl-emblema distinta tagħha ta' fjura.

Il-persuni li jieħdu dawn id-deċiżjonijiet għandhom bżonn ikunu jafu l-opinjoni tiegħek dwarhom. Il-Kummissarju għall-komunikazzjoni DeutschEnglishfrançaissvenska Margot Wallström temmen li l-politiki ta' l-UE għandhom "ikollhom il-bażi fil-partiti politiċi, fit-tradizzjonijiet demokratiċi nazzjonali u fid-djalogu politiku ta' kuljum". L-Ewropa għandha tiġi diskussa minn kulħadd – fil-kunsilli lokali, fl-assembleji nazzjonali, fil-parlamenti nazzjonali u fil-fora ta' l-internet.

Sabiex nagħtu spinta lill-parteċipazzjoni pubblika fid-dibattitu, matul din is-sena u li jmiss, il-Kummissjoni se tikkofinanzja sensiela ta' proġetti, li jinkludu:

  • konsultazzjonijiet pubbliċi madwar l-Ewropa
  • inizjattivi nazzjonali li jagħtu ċans lill-Ewropej biex jinvolvu ruħhom fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta' l-UE
  • wirjiet, dibattiti u laqgħat organizzati mill-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew f'ibliet kapitali
  • appoġġ għal netwerks onlajn biex isir skambju ta' informazzjoni u ideat

Dawn il-proġetti huma mfassla fuq l-istrateġija għall-komunikazzjoni "pjan D" li ġiet imnedija fl-2005 fi tweġiba għall-voti "le" ta' l-Olanda u Franza fir-referenda għat-Trattat Kostituzzjonali ta' l-UE. Fis-sentejn ta' wara, saru sejre ta' proġetti ta' konsultazzjoni transkonfinali DeutschEnglishfrançaissvenska li kienu kkofinanzjati mill-Kummissjoni. Il-prinċipju wara l-karta ta' politika attwali "Debate Europe" huwa biex jissaħħaħ il-pjan D bi tħejjija għall-elezzjonijiet Ewropej f'Ġunju 2009.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli