Mogħdija tan-navigazzjoni

Ir-riforma baġitraja ta' l-UE – wasal iż-żmien għall-opinjoni tiegħek - 01/04/2008

Kalkolatriċi fuq mazz noti ta' l-ewro

Il-pubbliku jiġi mistoqsi kif fil-futur il-flus ta' l-UE jistgħu jiġu miksuba u minfuqa biex tittejjeb ħajjithom.

Trasparenti u mingħajr limiti – dan huwa t-tip ta dibattitu li l-UE tittama li tqajjem permezz tal-konsultazzjoni pubblika attwali dwar ir-riforma tal-baġit ta' l-UE.

Imnedija f'Settembru 2007, il-konsultazzjoni ġġenerat ideat minn kuntesti differenti, iżda l-UE trid tisma' lis-setturi kollha tas-soċjetà – mhux biss il-gvernijiet iżda l-gruppi ta' interess, in-negozji, l-akkademja u ovvjament l-individwi. Id-dibattitu mhuwiex dwar ammonti speċifiċi ta' flus iżda aktar ħarsa ġenerali tal-prijoritajiet ta' l-UE għall-futur, għalhekk kulħadd għandhu jagħti sehemu.

Ir-riforma baġitarja ta' l-UE English tinkludi li tingħata dehra ġdida lill-Ewropa u postha fid-dinja. Nilqgħu ideat ġodda – din hija diskussjoni libera u l-ebda suġġett m'hu projbit. Dan it-tip ta' dibattitu huwa l-unika mod kif jiġi żgurat li l-finanzi ta' l-UE jittrattaw b'mod effiċjenti l-isfidi tad-dinja moderna.

Skond il-Kummissarju għall-baġit DeutschEnglishfrançaislietuvių kalba Dalia Grybauskaite ir-rispons tal-pubbliku se jkollu rwol importanti fil-proposta tal-Kummissjoni għar-riforma tal-metodu kif l-UE tikseb u tonfoq flusha.

Inti tista' tibgħat is-suġġerimenti tiegħek fuq is-sit web għar-riforma baġitarja ta' l-UE fejn tista' ssib ukoll tagħrif ġenerali sħiħ dwar il-baġit u r-riforma u taqra l-kontribuzzjonijiet preċedenti.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli