Mogħdija tan-navigazzjoni

Lura lejn l-iskola 3 - 27/03/2008

Żjara fi skola fil-belt ta’ Tomar, il-Portugall (2007)

Għat-tielet darba l-uffiċjali sejrin lura l-iskola - din id-darba imisshom is-Sloveni.

’Il fuq minn 100 uffiċjal ta’ l-UE, inklużi l-Kummissarju Sloven Janez Potočnik inkarigat mix-xjenza u r-riċerka, se jżuru l-iskejjel sekondarji fejn kienu jmorru madwar is-Slovenja fil-31 ta’ Marzu, biex iwasslu l-esperjenza tagħhom ma’ l-UE fil-klassijiet għal “jum il-proġett ta’ l-UE”.

Se jkunu qed isegwu il-passi tal-kollegi Ġermaniżi u Portugiżi tagħhom, li għamlu l-istess ħaġa fl-iskejjel tagħhom is-sena l-oħra. L-avveniment ġie mniedi mill-Kanċellier Ġermaniż Angela Merkel f’Jannar 2007 waqt il-Presidenza Ġermaniża ta’ l-UE biex jagħtu lill-istudenti għarfien aħjar ta’ l-UE u l-programmi ta' l-UE li jistgħu jkunu ta' interess għalihom, bħal Leonardo Da Vinci DeutschEnglishfrançais , Erasmus DeutschEnglishfrançais , żgħażagħ fl-azzjoni English u s-servizz volontarju Ewropew.

Id-dipartiment ta’ l-edukazzjoni u l-kultura tal-Kummissjoni se joffri wkoll Comenius DeutschEnglishfrançais – programm ta’ kooperazzjoni bejn l-iskejjel biex itejjeb il-kwalità ta’ l-edukazzjoni, isaħħaħ ir-rabtiet Ewropej u jippromwovi l-mobilità u t-tagħlim ta' l-ilsna. Il-programm għandu l-għan li jinvolvi ta’ l-inqas 3 miljun student/a f’attivitajiet edukattivi konġunti sa l-2013.

Jum il-proġett ta’ l-UE li leħaq 35,000 student fil-Ġermanja, 2008 skola fil-Portugall u issa 79 skola fis-Slovenja, ġie milqugħ b’entużjażmu u se jerġa’ jsir fl-Olanda fl-14 ta’ April.

Aktar dwar iż-żjara Slovena slovenščina (sl)

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli