Mogħdija tan-navigazzjoni

L-UE tippremja l-perfezzjoni - 21/03/2008

Ir-Rebbieħa ta’ wieħed mill-premijiet għall-intrapriżi 2007 bit-trofew

L-għarfien tal-kisbiet il-kbar bħala promozzjoni ta' politiki importanti - il-kompetizzjonijiet ta' l-UE huma opportunità tajba għall-partiċipazzjoni taċ-ċittadin.

Il-kisbiet individwali u l-inizzjattivi tan-negozju huma fattur importanti fil-progress soċjali kostanti. Is-sejbiet fir-riċerka medika, it-trasport fiż-żoni urbani li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent u l-ġurnaliżmu investigattiv ilkoll jgħinu l-Ewropa timxi 'l quddiem.

L-UE tirrikonoxxi l-imporatanza ta' dawn il-kontribuzzjonijiet eċċezzjonali permezz ta’ għadd ta’ premijiet, li jservu wkoll biex iqajmu l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet importanti u jattiraw l-involviment tal-pubbliku ġenerali.

Kulħadd jista’ jipparteċipa: jiġu organizzati kompetizzjonijiet f’bosta oqsma mill-intraprenditorija, ix-xjenza u t-teknoloġija, l-ambjent u s-saħħa sal-ġurnaliżmu, l-iżvilupp reġjonali u l-kultura. Xi wħud minnhom huma miftuħin għall-individwi, mentri hemm oħrajn li huma mmirati lejn in-negozji, l-għaqdiet xjentifiċi, u ħafna minnhom huma mmirati lejn iż-żgħażagħ u l-iskejjel.

Sa tmiem dan ix-xahar, per eżempju, l-iskejjel jistgħu jipparteċipaw fil-premju taż-żgħażagħ għall-iżvilupp billi jissottomettu powster jew preżentazzjoni multimedjali. L-edizzjoni ta’ din is-sena tiffoka fuq l-Afrika u l-iżvilupp sostenibbli. Il-parteċipanti jistgħu jirbħu vjaġġ lejn l-Afrika biex jaraw l-għajnuna għall-iżvilupp ta’ l-UE fuq il-post.

Kompetizzjonijiet li ġejjin jinkludu l-premju għall-inventur tas-sena English, li jippremja l-aktar invenzjonijiet ta’ suċċess f’dawn l-aħħar għexiren ta’ snin u l-premju Lorenzo Natali English, li jagħti ġieħ lill-ġurnalisi għall-perfezzjoniżmu meta jirrappurtaw dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija.

Jiġu organizzati ukoll ħafna kompetizzjonijiet lokalment mill-uffiċini tal-Kummissjoni fil-pajjiżi ta’ l-UE individwali.

Il-parteċipazzjoni għal dawn il-kompetizzjonijiet ma toffrix biss iċ-ċans li tirbaħ premju - tista' twassal ukoll lejn rikonoxximent internazzjonali u tiftaħ bosta bibien għar-rebbieħa.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli