Mogħdija tan-navigazzjoni

Inwettqu l-impenji fuq il-klima - 14/03/2008

Il-mexxejja ta' l-UE flimkien għas-samit tar-rebbiegħa

It-tibdil klimatiku u l-fażi li jmiss ta' l-istrateġija għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi- żewġ kwistjonijiet prinċipali fuq l-aġenda għal-laqgħa tar-rebbiegħa tal-mexxejja ta' l-UE (Brussell 13-14 ta' Marzu).

L-UE diġà għamlet impenji ambizzjużi fuq it-tibdil klimatiku, li jinkludu tnaqqis ta' l-emmissjonijiet tal-karbonju b'20% sa l-2020. Issa għandha tiddeċiedi kif, f'termini prattiċi, se tilħaq dawn il-miri li stipulat is-sena li għaddiet. Fit-23 ta' Jannar, il-Kummissjoni ħarġet abbozz ta' proposti dwar il-klima u l-enerġija DeutschEnglishfrançaisportuguês biex twassal il-fatti – għalkemm tista' tagħmel ferm aktar bi ftehim internazzjonali ġdid li jimxi fuq il-protokoll ta' Kyoto English.

Wara bidu kajman, l-istrateġija ta' l-UE għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi DeutschEnglishfrançais qed tibda tagħti l-frott tagħha: Mill-2005 l-iżbilanċi baġitarji trażżnu bin-nofs, fl-2007 it-tkabbir ekonomiku laħaq it-3% u fl-aħħar sentejn ġew maħluqa 6.5 miljun impjieg. Madankollu, fit-13 ta' Marzu, il-mexxejja ta' l-UE kienu ħerqana biex ikattru s-suċċess minn dawn il-kisbiet. Għalhekk niedu l-fażi li jmiss ta' l-istrateġija.

Ġew diskussi wkoll l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji flimkien mar-relazzjonijiet internazzjonali u l-unjoni għall-Mediterran, inizjattiva mfassla għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Mediterran.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli