Mogħdija tan-navigazzjoni

Rapport medjali jistqarr li l-ekonomija ta’ l-UE se tikber aktar bil-mod - 21/02/2008

Karus bil-karti ta’ l-ewro

It-tkabbir ekonomiku fl-Ewropa huwa mistenni jnaqqas il-pass għal 2% din is-sena - 0.4% 'l isfel - hekk kif is-swieq finanzjari dinjin jitħabtu ma' taqlib finanzjarju serju.

Il-xejra ekonomika globali baqgħet inċerta aktar mis-soltu fil-bidu ta’ l-2008. L-ekonomiji Ewropej s’issa skennew mhux ħażin mil-maltemp, iżda donnu qed ifeġġ aktar sħab ta’ inflazzjoni ogħla u tkabbir aktar kajman, skond l-aktar tbassir ekonomiku ta' l-UE English riċenti.

L-aktar għazla għaqlija għall-UE hi li "tkompli fit-triq tar-riformi strutturali, politiki makroekonomiċi sodi u stabbli, u li twassal malajr l-azzjonijiet ta’ segwitu għat-taqlib finanzjarju, kif ftehimna,” qal il-Kummissarju ta’ l-affarijiet ekonomiċi u monetarji ta' l-UE Joaquín Almunia.

Id-xejra ġenerali għall-akbar seba’ ekonomiji ta' l-UE DeutschελληνικάEnglishespañolfrançaisslovenčinaslovenščina (Franza, il-Ġermanja, l-Italja, l-Olanda, il-Polonja, Spanja u r-Renju Unit) tissuġġerixxi li r-rallentament mhux se jkun wieħed fit-tul - kemm-il darba jkun hemm titjib imħaffef fl-ekonomija Amerikana. It-tkabbir mistenni jerġa’ jaqbad jiġi f’tiegħu fit-tieni nofs ta’ l-2008.

Il-prezzijiet aktar għoljin ta’ l-ikel u l-enerġija tellgħu ż-żieda fl-inflazzjoni - minn 2.3% fl-2007 għal 3.2% f’Jannar ta’ din is-sena. Jekk dawn il-prezzijiet jonqsu, iċ-ċifra ta’ l-inflazzjoni ġenerali fl-UE għandha terġa' tinżel għal xi 2.5% sa tmiem l-2008.

F’tentattiv biex tagħti spinta lit-tkabbir, l-UE qed tħares lejn “l-isfida tal-karbonju” bħala sors potenzjali ta’ opportunitajiet ġodda ta’ negozju. Il-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso għandu jingħaqad mal-mexxejja politiċi u kummerċjali, l-NGOs, il-midja u l-akkademiċi fis-samit annwali Ewropew dwar in-negozju English biex jaqsmu flimkien opinjonijiet u soluzzjonijiet dwar it-tibdil fil-klima, l-enerġija u l-innovazzjoni ekoloġika.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli